+Artikolu 428j Maturità residwa ta' obbligazzjoni jew ta' fondi proprji
---+Artikolu 428j 1.
---+Artikolu 428j 2.
---+Artikolu 428j 3.
---+Artikolu 428j 4.

Artikolu 428j Maturità residwa ta' obbligazzjoni jew ta' fondi proprji

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 428j 1.
Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-maturità kuntrattwali residwa tal-obbligazzjonijiet u l-fondi proprji tagħhom biex jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2.
Artikolu 428j 2.
L-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-opzjonijiet eżistenti biex jiddeterminaw il-maturità residwa ta' obbligazzjoni jew ta' fondi proprji. Huma għandhom jagħmlu dan fuq is-suppożizzjoni li l-kontroparti tifdi opzjonijiet ta' xiri fl-iktar data kmieni possibbli. Għal opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati fid-diskrezzjoni tal-istituzzjoni, l-istituzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont ta' fatturi ta' reputazzjoni li jistgħu jillimitaw il-kapaċità tal-istituzzjoni li ma teżerċitax l-opzjoni, b'mod partikolari l-aspettattivi tas-suq li l-istituzzjonijiet għandhom jifdu ċerti obbligazzjonijiet qabel il-maturità tagħhom.
Artikolu 428j 3.
L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw depożiti b'perijodi ta' notifika fissi f'konformità mal-perijodu ta' notifika tagħhom, u għandhom jittrattaw id-depożiti ta' żmien fiss f'konformità mal-maturità residwa tagħhom. B'deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet m'għandhomx iqisu opzjonijiet għall-prelevamenti kmieni, meta d-depożitant irid iħallas penali materjali għal prelevamenti kmieni li jseħħu f'anqas minn sena, it-tali penali kif stabbilit fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), biex jiddeterminaw il-maturità residwa ta' depożiti fil-livell ta' konsumatur ta' żmien fiss.
Artikolu 428j 4.
Sabiex jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw kwalunkwe porzjon ta' obbligazzjonijiet li jkollhom maturità residwa ta' sena jew iktar li timmatura f'inqas minn sitt xhur u kwalunkwe porzjon minn tali obbligazzjonijiet li jimmaturaw bejn sitt xhur u inqas minn sena bħala li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur u bejn sitt xhur u inqas minn sena, rispettivament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit