+Artikolu 428s Fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428s 1.
---+Artikolu 428s 2.
|
Artikolu 428s Fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 428s 1.
|
L-assi u l-elementi li ġejjin li ma jidhrux fuq il-karta bilanċ għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
(a)
ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li huma eliġibbli għal haircut ta' 5 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat;
(b)
flejjes dovuti minn tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli ma' klijenti finanzjarji, fejn dawk it-tranżazzjonijiet għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur, għajr dawk imsemmijin fil-punt (g) tal-Artikolu 428r(1);
(c)
il-porzjon mhux prelevat ta' faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità impenjati skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);
(d)
prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ imsemmija fl-Anness I b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur.
L-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-flejjes dovuti msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu fuq bażi netta fejn japplika l-Artikolu 428e.
|
|
Artikolu 428s 2.
|
Għas-settijiet kollha tan-netting ta' kuntratti tad-derivattivi, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ għall-valur ġust assolut ta' dawk is-settijiet tan-netting ta' kuntratti tad-derivattivi, gross minn kwalunkwe kollateral depożitat, meta dawk is-settijiet tan-netting ikollhom valur ġust negattiv. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valur ġust bħala gross minn kwalunkwe kollateral iddepożitat jew pagamenti ta' saldu u rċevuti relatati ma' bidliet fil-valwazzjoni tas-suq ta' tali kuntratti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|