+Artikolu 428ah Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428ah 1.
---+Artikolu 428ah 2.

Artikolu 428ah Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 428ah 1.

L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a) 

sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, kwalunkwe assi aggravat b'maturità residwa ta' sena jew iktar;

(b) 

kwalunkwe assi li mhuwiex dak imsemmi fl-Artikoli 428r sa 428ag, inkluż self lil klijenti finanzjarji li jkollhom maturità kuntrattwali residwa ta' sena jew iktar, skoperturi improduttivi, oġġetti mnaqqsa minn fondi proprji, assi fissi, ekwitajiet negozjati mhux ta' kambju, interess ritenut, assi ta' assigurazzjoni, titoli inadempjenti.

Artikolu 428ah 2.
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ għad-differenza, jekk pożittiva, bejn is-somma tal-valuri ġusti tas-settijiet kollha tan-netting b'valur ġust pożittiv u s-somma tal-valuri ġusti tas-settijiet kollha tan-netting b'valur ġust negattiv kalkulat f'konformità mal-Artikolu 428d.

Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu:

(a) 

marġni ta' varjazzjoni riċevut minn istituzzjonijiet mill-kontropartijiet tagħhom għandu jitnaqqas mill-valur ġust ta' sett tan-netting b'valur ġust pożittiv fejn il-kollateral riċevut bħala marġni ta' varjazzjoni jikkwalifika bħala assi ta' livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), bl-esklużjoni tal-bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna speċifikati f'dak l-att delegat, u fejn l-istituzzjonijiet jkunu intitolati legalment u funzjonalment kapaċi li jużawhom mill-ġdid dak il-kollateral;

(b) 

il-marġnijiet kollha ta' varjazzjoni depożitati minn istituzzjonijiet mal-kontropartijiet tagħhom għandhom jitnaqqsu mill-valur ġust ta' sett tan-netting b'valur ġust negattiv.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit