|
+Artikolu 428am Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli disponibbli |
Artikolu 428am Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli disponibbliArtikolu 428am Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli disponibbli L-obbligazzjonijiet, u l-elementi jew l-istrumenti tal-kapital li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta’ 50 % ta’ finanzjament stabbli disponibbli:
(a)
depożiti riċevuti li jissodisfaw il-kriterji għal depożiti operazzjonali stipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);
(b)
obbligazzjonijiet u elementi jew strumenti tal-kapital b’maturità residwa ta’ inqas minn sena pprovduti minn:
(i)
il-gvern ċentrali ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;
(ii)
gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali fi Stat Membru jew f'pajjiż terz;
(iii)
entitajiet tas-settur pubbliku ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;
(iv)
banek ta' żvilupp multilaterali msemmija fl-Artikolu 117(2) u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 118;
(v)
klijenti korporattivi nonfinanzjarji;
(vi)
għaqdiet ta' kreditu awtorizzati minn awtorità kompetenti, kumpanniji ta' investiment personali u klijenti li jkunu sensara tad-depożiti, bl-eċċezzjoni tad-depożiti riċevuti, li jissodisfaw il-kriterji għal depożiti operazzjonali kif stipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|