+Artikolu 430c Rapport dwar il-fattibilità fir-rigward tas-sistema integrata ta' rappurtar
---+Artikolu 430c 1.
---+Artikolu 430c 2.
---+Artikolu 430c 3.

Artikolu 430c Rapport dwar il-fattibilità fir-rigward tas-sistema integrata ta' rappurtar

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 430c 1.
L-ABE għandha tħejji rapport dwar il-fattibilità fir-rigward tal-iżvilupp ta' sistema konsistenti u integrata għall-ġbir ta' data statistika, data dwar ir-riżoluzzjoni u data prudenzjali, u tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.
Artikolu 430c 2.

Meta tabbozza r-rapport dwar il-fattibilità, l-ABE għandha tinvolvi lil awtoritajiet kompetenti, kif ukoll lil awtoritajiet li huma responsabbli għall-iskemi ta' garanzija tad-depożiti, ir-riżoluzzjoni u b'mod partikolari s-SEBĊ. Ir-rapport għandu jqis il-ħidma preċedenti tas-SEBĊ fir-rigward tal-ġabriet tad-data integrata għandu jkun ibbażat fuq analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji globali li jinkludi bħala minimu:

(a) 

ħarsa ġenerali lejn il-kwantità u l-ambitu tad-data attwali miġbura mill-awtoritajiet kompetenti fil-ġurisdizzjoni tagħhom kif ukoll l-oriġini u l-granularità tagħha;

(b) 

l-istabbiliment ta' dizzjunarju standard tad-data li għandha tinġabar, sabiex tiżdied il-konverġenza tar-rekwiżiti tar-rappurtar fir-rigward tal-obbligi regolari tar-rappurtar, u li jiġu evitati talbiet mhux meħtieġa;

(c) 

l-istabbiliment ta' kumitat konġunt, li jinkludi bħala minimu l-ABE u s-SEBĊ, għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-sistema integrata ta' rappurtar;

(d) 

il-fattibbiltà u t-tfassil possibbli ta' punt tal-ġbir tad-data ċentrali għas-sistema integrata ta' rappurtar, inkluż ir-rekwiżiti biex jiżguraw konfidenzjalità stretta tad-data miġbura, awtentikazzjoni b'saħħitha u ġestjoni tad-drittijiet ta' aċċess għas-sistema u ċ-ċibersigurtà, li:

(i) 

fih repożitorju tad-data ċentrali bid-data statistika, id-data ta' riżoluzzjoni u d-data prudenzjali kollha fil-granularità u l-frekwenza meħtieġa għall-istituzzjoni partikolari u li jkun aġġornat f'intervalli meħtieġa;

(ii) 

iservi ta' punt ta' kuntatt għall-awtoritajiet kompetenti fejn jirċievu, jipproċessaw u jiġbru t-talbiet kollha tad-data, fejn it-talbiet jitqabblu ma' data ta' rappurtar miġbura eżistenti u jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti aċċess rapidu għall-informazzjoni mitluba;

(iii) 

jipprovdi appoġġ addizzjonali lill-awtoritajiet kompetenti għat-trasmissjoni ta' talbiet tad-data lill-istituzzjonijiet u li jdaħħal id-data mitluba fir-repożitorju tad-data ċentrali;

(iv) 

jaqdi rwol ta' koordinazzjoni għall-iskambju tal-informazzjoni u d-data bejn l-awtoritajiet kompetenti; u

(v) 

iqis l-aħjar prattiki u proċessi tal-awtoritajiet kompetenti u jittrasferihom f'sistema standardizzata.

Artikolu 430c 3.
Sa sena wara l-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi f'dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq u b'kont meħud tar-rapport ta' fattibbiltà tal-ABE, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġislattiva għall-istabbiliment ta' sistema standardizzata u integrata ta' rappurtar għal rekwiżiti ta' rappurtar.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit