|
+Artikolu 434c Rapport dwar il-fattibbiltà tal-użu tal-informazzjoni rrapportata mill-istituzzjonijiet li mhumiex istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi biex jiġi ppubblikat sett estiż ta' divulgazzjonijiet fuq is-sit web tal-EBA |
Artikolu 434c Rapport dwar il-fattibbiltà tal-użu tal-informazzjoni rrapportata mill-istituzzjonijiet li mhumiex istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi biex jiġi ppubblikat sett estiż ta' divulgazzjonijiet fuq is-sit web tal-EBAArtikolu 434c Rapport dwar il-fattibbiltà tal-użu tal-informazzjoni rrapportata mill-istituzzjonijiet li mhumiex istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi biex jiġi ppubblikat sett estiż ta' divulgazzjonijiet fuq is-sit web tal-EBA L-EBA għandha tħejji rapport dwar il-fattibbiltà tal-użu tal-informazzjoni rrapportata mill-istituzzjonijiet li mhumiex istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi lill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 430 sabiex tippubblika dik l-informazzjoni fuq is-sit web tagħha u b'hekk tnaqqas il-piż tad-divulgazzjoni għal tali istituzzjonijiet. Dak ir-rapport għandu jqis il-ħidma preċedenti tal-EBA dwar il-ġbir integrat tad-data, għandu jkun ibbażat fuq analiżi ġenerali tal-ispejjeż u l-benefiċċji, inkluż l-ispejjeż imġarrba mill-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet u l-EBA, u għandu jqis kwalunkwe sfida teknika, operazzjonali u legali. L-EBA għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2027. Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni, meta jkun xieraq, għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2031. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|