|
+Artikolu 436 Divulgazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni |
Artikolu 436 Divulgazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoniArtikolu 436 Divulgazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-kamp tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kif ġej:
(a)
isem l-istituzzjoni li għaliha japplika dan ir-Regolament;
(b)
rikonċiljazzjoni bejn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati mħejjija f'konformità mal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati mħejjija f'konformità mar-rekwiżiti dwar il-konsolidazzjoni regolatorja skont it-Taqsimiet 2 u 3 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed; dik ir-rikonċiljazzjoni għandha tiddeskrivi d-differenzi bejn l-ambitu tal-kontabbiltà u dak regolatorju tal-konsolidazzjoni u l-entitajiet legali inklużi fl-ambitu tal-konsolidazzjoni regolatorja meta jkun differenti mill-ambitu tal-konsolidazzjoni tal-kontabbiltà; il-qafas tal-entitajiet legali inklużi fl-ambitu tal-konsolidazzjoni regolatorja għandu jiddeskrivi l-metodu ta' konsolidazzjoni regolatorja meta jkun differenti mill-metodu ta' konsolidazzjoni tal-kontabbiltà, jekk dawk l-entitajiet ikunux konsolidati bis-sħiħ jew b'mod proporzjonali u jekk il-holdings f'dawk l-entitajiet legali jitnaqqsux mill-fondi proprji;
(c)
diżaggregazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati mħejjija f'konformità mar-rekwiżiti dwar il-konsolidazzjoni regolatorja skont it-Taqsimiet 2 u 3 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed, diżaggregati skont it-tip ta' riskji kif imsemmi taħt din il-Parti;
(d)
rikonċiljazzjoni li tidentifika s-sorsi ewlenin ta' differenzi bejn l-ammonti ta' valur riportat fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji skont l-ambitu tal-konsolidazzjoni regolatorja kif definit fit-Taqsimiet 2 u 3 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed, u l-ammont ta' skopertura użat għal finijiet regolatorji; dik ir-rikonċiljazzjoni għandha tiġi supplimentata minn informazzjoni kwalitattiva dwar dawk is-sorsi ewlenin ta' differenzi;
(e)
għal skoperturi mill-portafoll tan-negozjar u mhux tan-negozjar li jkunu aġġustati f'konformità mal-Artikolu 34 u l-Artikolu 105, diżaggregazzjoni tal-ammonti tal-elementi kostitwenti ta' aġġustament prudenti tal-valwazzjoni tal-istituzzjoni, skont it-tip ta' riskji, u t-total ta' elementi kostitwenti b'mod separat għall-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar u mhux tan-negozjar;
(f)
kwalunkwe impediment sinifikattiv, prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront ta' fondi proprji jew ta' ripagament tal-obbligazzjonijiet bejn l-impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha;
(g)
l-ammont aggregat li skontu l-fondi proprji attwali jkunu inqas minn dak meħtieġ fis-sussidjarji kollha mhux inklużi fil-konsolidazzjoni, u l-isem jew l-ismijiet ta' dawk is-sussidjarji;
(h)
fejn applikabbli, iċ-ċirkostanzi li fihom isir użu mid-deroga msemmija fl-Artikolu 7 jew il-metodu ta' konsolidazzjoni individwali stabbilit fl-Artikolu 9. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|