+Artikolu 437 Divulgazzjoni ta' fondi proprji

Artikolu 437 Divulgazzjoni ta' fondi proprji

Artikolu 437

Divulgazzjoni ta' fondi proprji

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-fondi proprji tagħhom:

(a) 

rikonċiljazzjoni tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, l-elementi ta' Grad 1 Addizzjonali, l-elementi ta' Grad 2 u l-filtri u t-tnaqqis applikati għall-fondi proprji tal-istituzzjoni skont l-Artikoli 32 sa 36, 56, 66 u 79 mal-karta tal-bilanċ fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati tal-istituzzjoni;

(b) 

deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 u dawk ta' Grad 1 Addizzjonali u l-istrumenti ta' Grad 2 maħruġa mill-istituzzjoni;

(c) 

it-termini u l-kondizzjonijiet sħaħ tal-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, dawk ta' Grad 1 Addizzjonali u ta' Grad 2 kollha;

(d) 

divulgazzjoni separata tan-natura u l-ammonti ta' dawn li ġejjin:

(i) 

kull filtru prudenzjali applikat skont l-Artikoli 32 sa 35;

(ii) 

elementi mnaqqsa skont l-Artikoli 36, 56 u 66;

(iii) 

elementi mhux imnaqqsa skont l-Artikoli 47, 48, 56, 66 u 79;

(e) 

deskrizzjoni tar-restrizzjonijiet kollha applikati għall-kalkolu ta' fondi proprji f'konformità ma' dan ir-Regolament u l-istrumenti, il-filtri prudenzjali u t-tnaqqis li japplikaw għalihom dawk ir-restrizzjonijiet;

(f) 

spjegazzjoni dettaljata tal-bażi li fuqha jiġu kalkulati proporzjonijiet kapitali fejn dawk il-proporzjonijiet kapitali jiġu kalkulati billi jintużaw elementi ta' fondi proprji determinati fuq bażi ħlief il-bażi stabbilita f'dan ir-Regolament.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit