|
+Artikolu 447 Divulgazzjoni tal-metrika ewlenija |
Artikolu 447 Divulgazzjoni tal-metrika ewlenijaArtikolu 447 Divulgazzjoni tal-metrika ewlenija L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-metrika ewlenija li ġejja f'format tabulari:
(a)
il-kompożizzjoni tal-fondi proprji tagħhom u l-proporzjonijiet tal-kapital ibbażat fuq ir-riskju tagħhom ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 92(2);
(aa)
fejn applikabbli, il-proporzjonijiet tal-kapital ibbażati fuq ir-riskju kif ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 92(2), bl-użu tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu minflok l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju;
(b)
l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) u, fejn applikabbli, l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(4);
(c)
fejn applikabbli, l-ammont u l-kompożizzjoni ta' fondi proprji addizzjonali li l-istituzzjonijiet jenħtieġu li jżommu f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;
(d)
ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata li l-istituzzjonijiet huma meħtieġa jżommu f'konformità mal-Kapitolu 4 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE;
(e)
il-proporzjon ta' lieva finanzjarja tagħhom u l-kejl tal-iskopertura totali kif kalkulat f'konformità mal-Artikolu 429;
(f)
l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tagħhom kif kalkulat f'konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1):
(i)
il-medja jew il-medji, kif applikabbli, tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tagħhom ibbażati fuq l-osservazzjonijiet tal-aħħar tax-xahar matul it-12 il-xahar preċedenti għal kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;
(ii)
il-medja jew il-medji, kif applikabbli, ta' assi likwidi totali, wara l-applikazzjoni tal-haircuts rilevanti, inklużi fir-riżerva ta' likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), ibbażati fuq l-osservazzjonijiet tal-aħħar tax-xahar matul it-12 il-xahar preċedenti għal kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;
(iii)
il-medji tal-flussi ta' ħruġ tal-likwidità, tal-flussi ta' dħul u l-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità tagħhom kif ikkalkulati skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), abbażi tal-osservazzjonijiet tal-aħħar tax-xahar matul it-12 il-xahar preċedenti għal kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;
(g)
l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tar-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett tagħhom kif kalkulat f'konformità mat-Titolu IV tal-Parti Sitta:
(i)
il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett fl-aħħar ta' kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;
(ii)
il-finanzjament stabbli disponibbli fl-aħħar ta' kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;
(iii)
il-finanzjament stabbli meħtieġ fl-aħħar ta' kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;
(h)
il-proporzjonijiet tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tagħhom u l-komponenti, in-numeratur u d-denominatur tagħhom, kif kalkulati f'konformità mal-Artikoli 92a u 92b u diżaggregati fil-livell ta' kull grupp ta' riżoluzzjoni fejn applikabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|