+Artikolu 449 Divulgazzjoni tal-iskoperturi għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni

Artikolu 449 Divulgazzjoni tal-iskoperturi għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni

Artikolu 449

Divulgazzjoni tal-iskoperturi għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni

L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju f'konformità mal-Kapitolu 5 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta jew ir-rekwiżiti ta' fondi proprji f'konformità mal-Artikolu 337 jew 338 għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja b'mod separat għall-attivitajiet tal-portafoll tan-negozjar u l-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom:

(a) 

deskrizzjoni tal-attivitajiet ta' titolizzazzjoni u ta' rititolizzazzjoni tagħhom, inkluż l-objettivi tagħhom ta' ġestjoni tar-riskju u ta' investiment b'konnessjoni ma' dawk l-attivitajiet, ir-rwol tagħhom fit-tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni u ta' rititolizzazzjoni, jekk jużawx it-titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata (STS) kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 242, u sa fejn huma jużaw tranżazzjonijiet tat-titolizzazzjoni biex jittrasferixxu r-riskju tal-kreditu tal-iskoperturi titolizzati lil partijiet terzi, fejn applikabbli, b'deskrizzjoni separata tal-politika tagħhom dwar trasferiment tar-riskju tat-titolizzazzjoni sintetika;

(b) 

it-tip ta' riskji li jkunu esposti għalihom fl-attivitajiet tagħhom ta' titolizzazzjoni u ta' rititolizzazzjoni skont il-livell ta' anzjanità tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni rilevanti filwaqt li jipprovdu distinzjoni bejn pożizzjonijiet STS u dawk non-STS u:

(i) 

r-riskju ritenut fi tranżazzjonijiet awtooriġinati;

(ii) 

ir-riskju mġarrab fir-rigward ta' tranżazzjonijiet oriġinati minn partijiet terzi;

(c) 

l-approċċi tagħhom għall-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju li japplikaw għall-attivitajiet ta' titolizzazzjoni tagħhom, inkluż it-tipi ta' pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li għalihom japplika kull approċċ u b'distinzjoni bejn pożizzjonijiet STS u dawk non-STS;

(d) 

lista ta' SSPEs li jaqgħu fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji li ġejjin, b'deskrizzjoni tat-tipi tagħhom ta' skoperturi għal dawk l-SSPEs, inkluż kuntratti tad-derivattivi:

(i) 

SSPEs li jakkwistaw skoperturi oriġinati mill-istituzzjonijiet;

(ii) 

SSPEs sponsorjati mill-istituzzjonijiet;

(iii) 

SSPEs jew entitajiet legali oħra li għalihom l-istituzzjonijiet jipprovdu servizzi relatati mat-titolizzazzjoni, bħal servizzi ta' konsulenza, ta' manutenzjoni tal-assi jew ta' ġestjoni;

(iv) 

SSPEs inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' konsolidazzjoni regolatorja tal-istituzzjonijiet;

(e) 

lista ta' kwalunkwe entità legali li fir-rigward tagħha l-istituzzjonijiet ikunu ddivulgaw li pprovdew appoġġ f'konformità mal-Kapitolu 5 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta;

(f) 

lista ta' entitajiet legali affiljati mal-istituzzjonijiet u li jinvestu f'titolizzazzjonijiet oriġinati mill-istituzzjonijiet jew f'pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni maħruġa minn SSPEs sponsorjati mill-istituzzjonijiet;

(g) 

sommarju tal-politiki ta' kontabbiltà tagħhom għall-attività ta' titolizzazzjoni, inkluż fejn rilevanti distinzjoni bejn pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni u ta' rititolizzazzjoni;

(h) 

l-ismijiet tal-ECAIs użati għat-titolizzazzjonijiet u t-tipi ta' skopertura li għalihom tintuża kull aġenzija;

(i) 

fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-Approċċ ta' Valutazzjoni Interna kif stipulat fil-Kapitolu 5 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, inkluż l-istruttura tal-proċess ta' valutazzjoni interna u r-relazzjoni bejn il-valutazzjoni interna u l-klassifikazzjonijiet esterni tal-ECAI rilevanti divulgata f'konformità mal-punt (h), il-mekkaniżmi ta' kontroll għall-proċess ta' valutazzjoni interna inkluż diskussjoni tal-indipendenza, ir-responsabbiltà, u l-analiżi tal-proċess ta' valutazzjoni interna, it-tipi ta' skoperturi li għalihom jiġi applikat il-proċess ta' valutazzjoni interna u l-fatturi ta' stress użati biex jiddeterminaw il-livelli ta' titjib tal-kreditu;

(j) 

b'mod separat għall-portafoll tan-negozjar u l-portafoll mhux tan-negozjar, l-ammont riportat ta' skoperturi titolizzati, inkluż informazzjoni dwar jekk l-istituzzjonijiet ikunux ittrasferixxew riskju tal-kreditu sinifikanti f'konformità mal-Artikoli 244 u 245, li għalih l-istituzzjonijiet jaġixxu bħala oriġinatur, sponsor jew investitur, b'mod separat għal titolizzazzjonijiet tradizzjonali u sintetiċi, u għal tranżazzjonijiet STS u non-STS u diżaggregati skont it-tip ta' skoperturi titolizzati;

(k) 

għall-attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar, l-informazzjoni li ġejja:

(i) 

l-ammont aggregat ta' pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni fejn l-istituzzjonijiet jaġixxu bħala oriġinatur jew sponsor u l-assi ponderati għar-riskju assoċjat u r-rekwiżiti ta' kapital minn approċċi regolatorji, inkluż skoperturi mnaqqsa minn fondi proprji jew ponderati għar-riskju fil-livell ta' 1 250  %, diżaggregat bejn titolizzazzjonijiet tradizzjonali u sintetiċi u bejn skoperturi ta' titolizzazzjoni u ta' rititolizzazzjoni, b'mod separat għall-pożizzjonijiet STS u non-STS, u diżaggregat ulterjorment f'numru sinifikanti ta' faxex ta' rekwiżiti ta' ponderazzjoni għar-riskju jew ta' kapital, u minn approċċ użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' kapital;

(ii) 

l-ammont aggregat ta' pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni meta l-istituzzjonijiet jaġixxu ta' investitur u l-assi ponderati għar-riskju assoċjat u r-rekwiżiti ta' kapital minn approċċi regolatorji, inkluż skoperturi mnaqqsa minn fondi proprji jew ponderati għar-riskju fil-livell ta' 1 250  %, diżaggregat bejn titolizzazzjonijiet tradizzjonali u sintetiċi, pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni u ta' rititolizzazzjoni, u pożizzjonijiet STS u non-STS, u diżaggregat ulterjorment f'numru sinifikanti ta' faxex ta' rekwiżiti ta' ponderazzjoni għar-riskju jew ta' kapital, u minn approċċ użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' kapital;

(l) 

għal skoperturi titolizzati mill-istituzzjoni, l-ammont ta' skoperturi inadempjenti u l-ammont ta' aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu li saru mill-istituzzjoni matul il-perijodu attwali, diżaggregat skont it-tip ta' skopertura.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit