+Artikolu 457 Aġġustamenti u korrezzjonijiet tekniċi

Artikolu 457 Aġġustamenti u korrezzjonijiet tekniċi

Artikolu 457

Aġġustamenti u korrezzjonijiet tekniċi

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti ddelegati skont l-Artikolu 462, sabiex tagħmel aġġustamenti u korrezzjonijiet tekniċi tal-elementi li mhumiex essenzjali fid-dispożizzjonijiet li ġejjin sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-prodotti jew l-attivitajiet finanzjarji ġodda, sabiex tagħmel aġġustamenti b’kont meħud tal-iżviluppi wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament f’atti leġislattivi oħra tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji u l-kontabbiltà inklużi l-istandards tal-kontabbiltà bbażati fuq ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002:

(a) 

ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kreditu stabbiliti fl-Artikoli 111 sa 134, u fl-Artikoli 143 sa 191;

(b) 

l-effetti tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu skont l-Artikoli 193 sa 241;

▼M5

(c) 

ir-rekwiżiti tal-fondi proprji għal titolizzazzjoni stipulati fl-Artikoli 242 sa 270a;

▼B

(d) 

ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskji ta’ kreditu tal-kontroparti skont l-Artikoli 272 sa 311;

(e) 

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju operattiv stabbiliti fl-Artikoli 315 sa 324;

(f) 

ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq stabbiliti fl-Artikoli 325 sa 377;

(g) 

ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-saldu stabbiliti fl-Artikoli 378 u 379;

(h) 

ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-aġġustament tal-valutazzjoni tal-kreditu stabbiliti fl-Artikoli 383, 384 u 386;

▼M8

(i) 

Il-Parti Tnejn u l-Artikolu 430 biss bħala riżultat tal-iżviluppi fl-istandards tal-kontabbiltà jew ir-rekwiżiti li jqisu l-atti leġislattivi tal-Unjoni.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit