+Artikolu 459 Rekwiżiti prudenzjali

Artikolu 459 Rekwiżiti prudenzjali

Artikolu 459

Rekwiżiti prudenzjali

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 462, sabiex timponi, għal perijodu ta’ sena, rekwiżiti prudenzjali aktar stretti għal skoperturi fejn dan huwa neċessarju sabiex jiġu indirizzati l-bidliet fl-intensità tar-riskji mikroprudenzjali u makroprudenzjali li jirriżultaw minn żviluppi fis-suq fl-Unjoni jew barra l-Unjoni li jaffettwaw lill-Istati Membri kollha, u fejn l-istrumenti ta' dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE mhumiex biżżejjed biex jindirizzaw dawn ir-riskji, b'mod partikolari fuq ir-rakkomandazzjoni jew l-opinjoni tal-BERS jew l-ABE, dwar:

(a) 

il-livell ta' fondi proprji stabbilit fl-Artikolu 92;

(b) 

ir-rekwiżiti għal skoperturi kbar stabbiliti fl-Artikolu 392 u l-Artikoli 395 sa 403;

(c) 

ir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni pubblika stabbiliti fl-Artikoli 431 sa 455.

Mill-inqas darba fis-sena, il-Kummissjoni megħjuna mill-BERS, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar żviluppi tas-suq li potenzjalment jitolbu l-użu ta’ dan l-Artikolu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit