+Artikolu 478 Perċentwali applikabbli għat-tnaqqis minn elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, Addizzjonali ta' Grad 1 u Grad 2
---+Artikolu 478 1.
---+Artikolu 478 2.
---+Artikolu 478 3.

Artikolu 478 Perċentwali applikabbli għat-tnaqqis minn elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, Addizzjonali ta' Grad 1 u Grad 2

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 478 1.

Il-perċentwal applikabbli għall-finijiet tal-Artikolu 468(4), il-punti (a) u (c) tal-Artikolu 469, il-punt (a) tal-Artikolu 474 u l-punt (a) tal-Artikolu 476 għandhom jaqgħu fil-meded li ġejjin:

(a) 

20 % sa 100 % għall-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014;

(b) 

40 % sa 100 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2015;

(c) 

60 % sa 100 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016;

(d) 

80 % sa 100 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2017.

Artikolu 478 2.

Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, għall-elementi imsemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 36(1) li kienu jeżistu qabel l-1 ta' Jannar 2014, il-perċentwal applikabbli għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 469(1) għadu jaqa' fil-meded li ġejjin:

(a) 

0 % sa 100 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2014;

(b) 

10 % sa 100 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015;

(c) 

20 % sa 100 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016;

(d) 

30 % sa 100 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017;

(e) 

40 % sa 100 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018;

(f) 

50 % sa 100 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2019;

(g) 

60 % sa 100 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta' Diċembru 2020;

(h) 

70 % sa 100 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2021;

(i) 

80 % sa 100 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta' Diċembru 2022;

(j) 

90 % sa 100 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta' Diċembru 2023.

Artikolu 478 3.

L-awtoritajiet kompetenti għandhomjiddeterminaw u jippubblikaw perċentwal applikabbli fil-meded speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 għal kull tnaqqis li ġej:

(a) 

it-tnaqqis individwali meħtieġ skont il-punti (a) sa (h) tal-Artikolu 36(1), għajr l-assi tat-taxxa differita li jistrieħu fuq il-profitabbiltà fil-ġejjieni u li jirriżultaw minn differenzi temporanji;

(b) 

l-ammont aggregat tal-assi tat-taxxa differita li jistrieħu fuq il-profitabbiltà fil-ġejjieni u li jirriżultaw minn differenzi temporanji u l-elementi msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 36(1) li għandu jitnaqqas skont l-Artikolu 48;

(c) 

kull tnaqqis li għandu jsir skont il-punti (b) sa (d) tal-Artikolu 56;

(d) 

kull tnaqqis li għandu jsir skont il-punti (b) sa (d) tal-Artikolu 66.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit