+Artikolu 487 Elementi esklużi mill-anterjorità fl-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 jew dawk ta' Grad 1 Addizzjonali f’elementi oħra ta’ fondi proprji
---+Artikolu 487 1.
---+Artikolu 487 2.
---+Artikolu 487 3.
|
Artikolu 487 Elementi esklużi mill-anterjorità fl-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 jew dawk ta' Grad 1 Addizzjonali f’elementi oħra ta’ fondi proprji
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 487 1.
|
Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 51, 52, 62 u 63, matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-istituzzjonijiet jistgħu jittrattaw bħala elementi msemmija fl-Artikolu 484(4), il-kapital u l-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati msemmija fl-Artikolu 484(3) li huma esklużi mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 għax jaqbżu l-perċentwal applikabbli speċifikat fl-Artikolu 486(2), sakemm l-inklużjoni ta’ dak il-kapital u l-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati ma jaqbżux il-limitu tal-perċentwal applikabbli msemmi fl-Artikolu 486(3).
|
|
Artikolu 487 2.
|
B’deroga mill-Artikoli 51, 52, 62 u 63, matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-istituzzjonijiet jistgħu jittrattaw l-elementi li ġejjin bħala elementi msemmija fl-Artikolu 484(5), sakemm l-inklużjoni tagħhom ma taqbiżx il-limitu tal-perċentwal applikabbli msemmi fl-Artikolu 486(4):
(a)
il-kapital, u l-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati, imsemmija fl-Artikolu 484(3) li huma esklużi mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 għax jaqbżu l-perċentwal applikabbli speċifikat fl-Artikolu 486(2);
(b)
l-istrumenti, u l-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati, imsemmija fl-Artikolu 484(4) li jaqbżu l-perċentwal applikabbli msemmi fl-Artikolu 486(3).
|
|
Artikolu 487 3.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kondizzjonijiet għat-trattament tal-istrumenti ta’ fondi proprji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 bħala strumenti li jaqgħu taħt l-Artikolu 486(4) (5) matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2021. L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013. Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|