+Artikolu 494 Dispożizzjonijiet transizzjonali dwar ir-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
---+Artikolu 494 1.
---+Artikolu 494 2.
---+Artikolu 494 3.
|
Artikolu 494 Dispożizzjonijiet transizzjonali dwar ir-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 494 1.
|
B’deroga mill-Artikolu 92a, sa mis-27 ta’ Ġunju 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-istituzzjonijiet identifikati bħala entitajiet ta’ riżoluzzjoni li jkunu entitajiet G-SII għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli:
▼M8
(a)
proporzjon ibbażat fuq ir-riskju ta' 16 %, li jirrappreżenta l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-ammont tal-iskopertura għar-riskju totali kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) u (4);
(b)
proporzjon mhux ibbażat fuq ir-riskju ta' 6 %, li jirrappreżenta l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-kejl totali tal-iskopertura msemmi fl-Artikolu 429(4).
|
|
Artikolu 494 2.
|
B'deroga mill-Artikolu 72b(3), sa mis-27 ta' Ġunju 2019 sal-31 ta' Diċembru 2021, l-ammont kemm l-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 72b(3) jistgħu jiġu inklużi fl-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli għandu jkun sa 2,5 % tal-ammont totali ta' skopertura għar-riskju kalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) u (4).
|
|
Artikolu 494 3.
|
B'deroga mill-Artikolu 72b(3), sakemm l-awtorità ta' riżoluzzjoni tivvaluta għall-ewwel darba l-konformità mal-kondizzjoni stipulata fil-punt (c) ta' dak il-paragrafu, l-obbligazzjonijiet għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli sa ammont aggregat li, sal-31 ta' Diċembru 2021, ma jaqbiżx 2,5 % u, wara dik id-data, 3,5 % tal-ammont totali ta' skopertura għar-riskju kalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) u (4), dment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 72b(3).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|