+Artikolu 495 Trattament ta' skoperturi ta' ekwità skont l-Approċċ IRB
---+Artikolu 495 1.
---+Artikolu 495 2.
---+Artikolu 495 3.
---+Artikolu 495 4.

Artikolu 495 Trattament ta' skoperturi ta' ekwità skont l-Approċċ IRB

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 495 1.

B'deroga mill-Artikolu 107(1), istituzzjonijiet li jkunu ngħataw permess japplikaw l-Approċċ IRB biex jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju għall-iskoperturi ta' ekwità għandhom, sal-31 ta' Diċembru 2029 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 495a(3), jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju għal kull skopertura ta' ekwità li għaliha jkunu ngħataw permess japplikaw l-Approċċ IRB bħala l-ogħla minn dawn li ġejjin:

(a) 

l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 495a(1) u (2);

(b) 

l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju kkalkulat skont dan ir-Regolament fil-verżjoni applikabbli fit-8 ta’ Lulju 2024.

Artikolu 495 2.
Minflok japplikaw it-trattament stabbilit fil-paragrafu 1, istituzzjonijiet li jkunu ngħataw permess japplikaw l-Approċċ IRB biex jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju għall-iskoperturi ta' ekwità jistgħujapplikaw it-trattament stabbilit fl-Artikolu 133 għall-iskoperturi ta' ekwità kollha tagħhom fi kwalunkwe ħin sal-31 ta' Diċembru 2029.

Meta l-istituzzjonijiet japplikaw l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, m'għandux japplika l-Artikolu 495a(1) u (2).

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, m'għandhomx japplikaw il-kundizzjonijiet għar-riversjoni għall-użu tal-approċċi inqas sofistikati stabbiliti fl-Artikolu 149.

Artikolu 495 3.
Istituzzjonijiet li japplikaw it-trattament stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkalkulaw l-ammont ta' telf mistenni f'konformità mal-Artikolu 158(7), (8) jew (9), kif ikun applikabbli, fil-verżjoni ta' dawk il-paragrafi applikabbli fit-8 ta’ Lulju 2024 u japplikaw l-Artikolu 36(1), il-punt (d), u l-Artikolu 62, il-punt (d), kif ikun applikabbli, fil-verżjoni ta' dawk il-punti applikabbli fit-8 ta’ Lulju 2024 meta l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju kkalkulat skont il-paragrafu 1, il-punt (b), ta' dan l-Artikolu jkun ogħla mill-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju kkalkulat skont il-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 495 4.
Meta l-istituzzjonijiet jitolbu permess biex japplikaw l-Approċċ IRB biex jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju għal skoperturi ta' ekwità, l-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx jagħtu tali permess wara l-31 ta' Diċembru 2024.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit