+TITOLU III EMENDI
---+Artikolu 520 Emenda tar-Regolament (UE) Nru 648/2012
------+Article 520 1.
------+Article 520 2.
------+Article 520 3.
------+Article 520 4.
------+Article 520 ‘5a.
---+Artikolu 520a Applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq

TITOLU III EMENDI

TITOLU III EMENDI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 520 Emenda tar-Regolament (UE) Nru 648/2012

Artikolu 520

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 648/2012

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 huwa emendat kif ġej:

(1) 

Il-Kapitolu li ġej jiġi miżjud fit-Titolu IV:

"KAPITOLU 4

Kalkoli u rappurtar għall-finijiet tar-Regolament (EU) No 575/2013

Artikolu 50a

Kalkolu tal-KCCP

▼C2

1.  
Għall-finijiet tal-Artikolu 308 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar rekwiżiti prudenzjali għal istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment ( 44 ), CCP għandha tikkalkula l-KCCP kif speċifikat fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għal kull kuntratt u transazzjoni li jikklerja għall-membri tal-ikklerjar tiegħu kollha li jaqgħu fil-kopertura tal-fond ta' inadempjenza partikolari.

▼B

2.  

CCP għandha tikkalkula l-kapital ipotetiku (KCCP) kif ġej:

image

fejn:

EBRMi

=

il-valur tal-iskopertura qabel il-mitigazzjoni tar-riskju li huwa daqs il-valur tal-iskopertura tas-CCP għall-membru tal-ikklerjar i li jirriżulta mill-kuntratti u t-transazzjonijiet kollha ma' dak il-membru tal-ikklerjar, ikkalkulat mingħajr ma jiġi kkunsidrat il-kollateral depożitat minn dak il-membru tal-ikklerjar;

IMi

=

il-marġini inizjali depożitat mas-CCP mill-membru tal-ikklerjar i;

DFi

=

il-kontribuzzjoni prefinanzjata tal-membru tal-ikklerjar i;

RW

=

piż tar-riskju ta’ 20 %;

proporzjon tal-kapital

=

8 %.

▼C2

Il-valuri kollha fil-formula fl-ewwel subparagrafu jirreferu għall-valutazzjoni fi tmiem tal-jum preċedenti ta' dak li fih il-marġni mitlub fuq il-marġni finali ta' tali jum jiġi skambjat.

▼B

3.  
CCP għandha twettaq il-kalkolu meħtieġ mill-paragrafu 2 mill-inqas tal-inqas fuq bażi trimestrali jew aktar spiss fejn obbligata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk il-membri tal-ikklerjar tagħha li huma istituzzjonijiet.
4.  

L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex jiġi speċifikat dan li ġej għall-fini tal-paragrafu 3:

(a) 

il-frekwenza u d-dati tal-kalkolu speċifikat fil-paragrafu 2;

(b) 

is-sitwazzjonijiet li fihom l-awtorità kompetenti ta' istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar tista’ tirrikjedi kalkoli u rappurtar aktar frekwenti minn dawk imsemmija fil-punt (a).

L-EBA għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 50b

Regoli ġenerali għall-kalkolu tal-KCCP

Għall-finijiet tal-kalkolu stipulat fl-Artikolu 50a(2), għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a) 

CCP għandha tikkalkula l-valur tal-iskoperturi li għandha lejn il-membri tal-ikklerjar tagħha kif ġej:

▼C2

(i) 

għal skoperturi li jirriżultaw minn kuntratti u transazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 301(1) (a) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 hija għandha tikkalkulhom f'konformità mal-metodu ta' ppeżar skont il-valur fis-suq stipulat fl-Artikolu 274 tiegħu;

▼B

(ii) 

għal skoperturi li jirriżultaw minn kuntratti u transazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 301 (1)(b), (c) u (e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandha tikkalkulahom skont il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju speċifikat fl-Artikolu 223 ta' dak ir-Regolament b'aġġustamenti superviżorji għall-volatilità, speċifikat fl-Artikoli 223 u 224 ta' dak ir-Regolament. L-eċċezzjoni stipulata fil-punt (a) tal-Artikolu 285(3) ma għandhiex tapplika;

(iii) 

għal skoperturi li jirriżultaw minn transazzjonijiet li mhumiex elenkati fl-Aritkolu 301(1) tar-Regolament (EU) No 575/2013 u li jinvolvi riskju tas-saldu biss għandha tikkalkulahom skont il-Parti Tlieta, Titolu V ta' dak ir-Regolament;

(b) 

għal istituzzjonijiet li jaqgħu taħt l-ambitu tar-Regolament (EU) No 575/2013 is-settijiet ta' netting huma l-istess bħal dak definiti fil-Parti Tlieta, Titolu II ta' dak ir-Regolament;

(c) 

fil-kalkolu tal-valuri msemmijin fil-punt (a), is-CCP għandha tnaqqas mill-iskoperturi tagħha l-kollateral depożitat mill-membri tal-ikklerjar tagħha, imnaqqas kif xieraq mill-aġġustamenti superviżorji għall-volatilità b’konformità mal-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju speċifikat fl-Artikolu 224 tar-Regolament (EU) No 575/2013;

▼C2

▼B

(e) 

fejn CCP għandha skoperturi għal CCP waħda jew aktar, għandha tittratta tali skoperturi daqs li kieku kienu skoperturi għall-membri tal-ikklerjar u tinkludi kull marġni jew kontribuzzjoni prefinanzjata rċevuta minn għand dawk is-CCPs fil-kalkolu tal-KCCP;

(f) 

fejn CCP għandha arranġament kuntrattwali vinkolanti mal-membri tal-ikklerjar tagħha li jippermettilha tuża l-marġni inizzjali kollu jew parti minnu mill-membri tal-ikklerjar tagħha daqs li kieku kienu kontribuzzjonijiet prefinanzjati, is-CCP għandha tikkunsidra dak il-marġni inizjali bħala kontribuzzjonijiet prefinanzjati għall-finijiet tal-kalkolu fil-paragrafu 1 u mhux bħala marġni inizjali;

▼C2

▼B

(h) 

fl-applikazzjoni tal-Metodu skont il-valwazzjoni fis-suq kif imsemmi fl-Artikolu 274 tar-Regolament (EU) No 575/2013, CCP għandha tissostittwixxi l-formula fil-punt (c)(ii) tal-Artikolu 298(1) ta' dak ir-Regolament b'dan li ġej:

image

fejn in-numeratur tal-NGR jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 274(1) ta' dak ir-Regolament u eżatt qabel ma jiġu effettivament skambjati l-marġni ta' varjazzjoni fit-tmiem tal-perijodu tas-saldu, u d-denominatur ikun l-ispiża grossa tas-sostituzzjoni

(i) 

fejn CCP ma tistax tikkalkula l-valur tal-NGR kif stipulat fil-punt (c)(ii) tal-Artikolu 298(1) tar-Regolament (EU) No 575/2013, għandha:

(i) 

tinnotifika lil dawk li huma l-istituzzjonijiet fost il-membri ta’ kklerjar tagħha u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar in-naqqas ta' kapaċità tagħha li tikkalkula l-NGR u r-raġunijiet għax ma tistax twettaq il-kalkolu;

(ii) 

għal perijodu ta' tliet xhur, tista' tuża valur tal-NGR ta' 0,3 biex tagħmel il-kalkolu tal-PCE red speċifikat fil-punt (h) ta' dan l-Artikolu;

(j) 

fejn, fi tmiem il-perijodu speċifikat fil-punt (ii) tal-punt (i), is-CCP tibqa’ ma tistax tikkalkula l-valur tal-NGR, għandha tagħmel dan li ġej:

(i) 

tieqaf tikkalkula l- KCCP;

(ii) 

tinnotifika lil dawk li huma l-istituzzjonijiet fost il-membri ta’ kklerjar tagħha u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li waqfet tikkalkula l- KCCP;

(k) 
għall-finijiet ta’ kalkolu tal-iskopertura futura potenzjali għal opzjonijiet u swaptions skont il-Metodu skont il-valwazzjoni fis-suq speċifikat fl-Artikolu 274 tar-Regolament (EU) No 575/2013, CCP għandha timmultiplika l-ammont nozzjonali tal-kuntratt bil-valur assolut tad-delta tal-opzjoni

image

kif stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 280(1) ta' dak ir-Regolament;
(l) 

fejn CCP ikollha aktar minn fond ta' inadempjenza wieħed, għandha twettaq il-kalkolu stipulat fl-Artikolu 50a(2) għal kull fond ta' inadempjenza separatament.

Artikolu 50c

Rappurtar tal-informazzjoni

1.  

Għall-finijiet tal-Artikolu 308 tar-Regolament (EU) No 575/2013, CCP għandha tirrapporta l-informazzjoni li ġejja lil dawk li huma l-istituzzjonijiet fost il-membri ta’ kklerjar tagħha u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom:

(a) 

il-kapital ipotetiku (KCCP);

(b) 

is-somma tal-kontribuzzjonijiet prefinanzjati (DFCM);

(c) 

l-ammont tar-riżorsi finanzjarji prefinanzjati li hija obbligata li tuża – bil-liġi jew minħabba ftehim kuntrattwali mal-membri tal-ikklerjar tagħha – sabiex tkopri t-telf tagħha wara l-inadempjenza ta’ membru jew membri tal-ikklerjar tagħha qabel ma tuża l-kontribuzzjonijiet tal-fond ta' garanzija f'każ ta' inadempjenza tal-membri tal-ikklerjar li jifdal (DFCCP);

(d) 

in-numru totali ta’ membri tal-ikklerjar tagħha (N);

▼C2

(e) 

il-fattur ta' konċentrazzjoni (β), kif stipulat fl-Artikolu 50d.

▼B

Fejn is-CCP ikollha aktar minn fond ta' inadempjenza wieħed, għandha tirrapporta l-informazzjoni fl-ewwel subparagrafu għal kull fond ta' inadempjenza separatament.

2.  
Is-CCP għandha tinnotifika lil dawk il-membri tal-ikklerjar tagħha li huma istituzzjonijiet mill-inqas fuq bażi trimestrali jew aktar spiss fejn meħtieġ mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk il-membri tal-ikklerjar.
3.  

L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a) 

il-mudell uniformi għall-finijiet tar-rappurtar speċifikat fil-paragrafu 1;

(b) 

il-frekwenza u d-dati tar-rappurtar speċifikati fil-paragrafu 2;

(c) 

is-sitwazzjonijiet li fihom l-awtorità kompetenti ta' istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar tista’ tirrikjedi rappurtar aktar frekwenti minn dawk imsemmija fil-punt (b).

L-EBA għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 50d

Kalkolu tal-elementi speċifiċi li għandhom jiġu rappurtati mis-CCP

Għall-finijiet tal-Artikolu 50c, għandu japplika dan li ġej:

(a) 

fejn ir-regoli ta' CCP jipprevedu li hija tuża parti mir-riżorsi finanzjarji tagħha jew ir-riżorsi finanzjarja tagħha kollha u b'mod parallel mal-kontribuzzjonijiet prefinanzjati tal-membri tal-ikklerjar tagħha b'mod li jagħmel dawk ir-riżorsi ekwivalenti għall-kontribuzzjonijiet prefinanzjati ta' membru tal-ikklerjar f'termini ta' kif huma jassorbu t-telf imġarrab mis-CCP fil-każ ta' inadempjenza jew insolvenza ta' wieħed jew aktar mill-membri tal-ikklerjar tagħha, is-CCP għandha żżid l-ammont korrispondenti ta' dawk ir-riżorsi mad-DFCM;

(b) 
fejn ir-regoli ta’ CCP jipprevedu li tuża parti mir-riżorsi finanzjarji tagħha jew jew ir-riżorsi finanzjarja tagħha kollha biex tkopri t-telf tagħha minħabba l-inadempjenza ta' membru wieħed jew aktar tal-ikklerjar tagħha wara li tkun użat għalkollox il-fond ta' garanzija f'każ ta' inadempjenza kollu tagħha, iżda qabel ma tirrikorri għall-kontribuzzjonijiet kuntrattwalment impenjati tal-membri tal-ikklerjar tagħha, is-CCP għandha żżid l-ammont korrispondenti ta’ dawk ir-riżorsi finanzjarji addizzjonali

image

mal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet prefinanzjati (DF) kif ġej:

image

.
(c) 

CCP għandha tikkalkula l-fattur ta’ konċentrazzjoni (β) skont il-formula li ġejja:

image

fejn:

PCEred,i

=

iċ-ċifra mnaqqsa għall-iskopertura għall-kreditu futura potenzjali għall-kuntratti u t-transazzjonijiet kollha ta’ CCP mal-membru tal-ikklerjar i;

PCEred,1

=

iċ-ċifra mnaqqsa għall-iskopertura ta’ kreditu futura potenzjali għall-kuntratti u t-transazzjonijiet kollha ta’ CCP mal- membru tal-ikklerjar li jkollu l-akbar valur ta' PCEred ;

PCEred,2

=

iċ-ċifra mnaqqsa għall-iskopertura ta’ kreditu futura potenzjali għall-kuntratti u t-transazzjonijiet kollha ta’ CCP ma’ membru tal-ikklerjar li jkollu t-tieni l-akbar valur ta' PCEred .

(2) 

fl-Artikolu 11(5), il-punt (b) jitħassar:

(3) 

fl-Artikolu 89 għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

▼C2

“5a.  
Sa 15-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-aħħar wieħed mill-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-Artikoli 16, 25, 26, 29, 34, 41, 42, 44, 45, 47 u 49, jew sakemm tittieħed deċiżjoni taħt l-Artikolu 14 dwar l-awtorizzazzjoni tas-CCP, skont liema tiġi l-ewwel, dik is-CCP għandha tapplika t-trattament speċifikat fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Sa 15-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-aħħar wieħed mill-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-Artikoli 16, 26, 29, 34, 41, 42, 44, 45, 47 u 49, jew sakemm tittieħed deċiżjoni taħt l-Artikolu 25 dwar ir-rikonoxximent tas-CCP, skont liema tiġi l-ewwel, dik is-CCP għandha tapplika t-trattament speċifikat fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Sal-limiti ta' żmien stipulati fil-ewwel żewġ subparagrafi ta' dan il-paragrafu, u soġġetta għar-raba' subparagrafu ta' dan il-paragrafu, fejn CCP la għandha fond ta' inadempjenza u lanqas m'għandha fis-seħħ arranġament vinkolanti mal-membri ta' kklerjar tagħha li jippermettilha tuża l-marġni inizjali kollu jew parti minnu rċevut mill-membri ta' kklerjar tagħha daqs li kieku kienu kontribuzzjonijiet prefinanzjati, l-informazzjoni li hija għandha tirrapporta skont l-Artikolu 50c(1) għandha tinkludi l-ammont totali tal-marġni inizjali li tkun irċeviet mill-membri ta' kklerjar tagħha.

Il-limiti ta' żmien imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' dan il-paragrafu jistgħu jiġu estiżi b'sitt xhur skont l-att ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni adottat skont l-Artikolu 497(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.”

Artikolu 520a Applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq

Artikolu 520a

Applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq

Sal-1 ta’ Jannar 2027, l-istituzzjonijiet għandhom ikomplu japplikaw il-Parti Tlieta, it-Titolu IV, u r-rekwiżiti tar-riskju tas-suq tal-Artikoli 430, 430b, 445 u 455 ta’ dan ir-Regolament fil-verżjoni fis-seħħ fit-8 ta’ Lulju 2024.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit