|
(a) Derivattivi ta' kreditu u garanziji ġenerali ta' dejn, inkluż ittri ta' kreditu irrevokabbli li jservu ta' garanziji finanzjarji għal self u titoli, u aċċettazzjonijiet, inkluż approvazzjonijiet bil-karattru ta' aċċettazzjonijiet, kif ukoll kwalunkwe sostitut ieħor ta' kreditu dirett;
(b) Ftehimiet ta' bejgħ u riakkwist u bejgħ ta' assi b'rikors meta r-riskju ta' kreditu jibqa' f'idejn l-istituzzjoni;
(c) Titoli mislufa mill-istituzzjoni jew titoli li jiddaħħlu mill-istituzzjoni bħala kollateral, inkluż każijiet fejn dawk jirriżultaw minn tranżazzjonijiet tat-tip riakkwist;
(d) Xiri ta' assi bil-quddiem, depożiti bil-quddiem u ishma u titoli mħallsa parzjalment, li jirrappreżentaw impenji bi ġbid ċert ta' kreditu;
(e) Entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jikkostitwixxu sostitut ta' kreditu meta ma jkunux inklużi b'mod espliċitu f'xi kategorija oħra;
(f) Entrati oħra li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jkollhom riskju simili u kif ikkomunikati lill-EBA.
|