+Artikolu 63 Deroga għal strumenti ta’ pagament ta’ valur baxx u flus elettroniċi
---+Artikolu 63 1.
---+Artikolu 63 2.
---+Artikolu 63 3.
|
Artikolu 63 Deroga għal strumenti ta’ pagament ta’ valur baxx u flus elettroniċi
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 63 1.
|
Fil-każ ta’ strumenti ta’ pagament li skont il-kuntratt qafas, jikkonċernaw biss tranżazzjonjiet ta’ pagament individwali li ma jeċċedux EUR 30 jew li għandhom limitu ta’ nfiq ta’ EUR 150, jew li jaħżnu fondi li fl-ebda ħin ma jeċċedu EUR 150, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jistgħu jiftiehmu mal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament tagħhom li:
(a)
il-punt (b) tal-Artikolu 69(1), il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 70(1), u l-Artikolu 74(3) ma japplikawx jekk l-istrument ta’ pagament ma jippermettix l-imblokkar tiegħu jew il-prevenzjoni tal-użu ulterjuri tiegħu;
(b)
l-Artikoli 72 u 73, u l-Artikolu 74(1) u (3) ma japplikawx jekk l-istrument ta’ pagament jintuża anonimament jew il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunx f’pożizzjoni għal raġunijiet oħrajn li huma intrinsiċi għall-istrument ta’ pagament biex jagħti prova li tranżazzjoni ta’ pagament kienet awtorizzata;
(c)
b’deroga mill-Artikolu 79(1), il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma għandux għalfejn jinnotifika lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament dwar ir-rifjut ta’ ordni ta’ pagament, jekk in-nuqqas ta’ esekuzzjoni jkun jidher mill-kuntest;
(d)
b’deroga mill-Artikolu 80, il-pagatur ma jistax jirrevoka l-ordni ta’ pagament wara li jittrażmetti l-ordni ta’ pagament jew jagħti l-kunsens tiegħu għall-esekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament lill-benefiċjarju;
(e)
b’deroga mill-Artikoli 83 u 84, japplikaw perijodi oħra ta’ esekuzzjoni.
|
|
Artikolu 63 2.
|
Għal tranżazzjonijiet ta’ pagament nazzjonali, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jnaqqsu jew jirdoppjaw l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1. Fir-rigward ta’ strumenti ta’ pagament imħallsa minn qabel huma jistgħu jżidu l-ammonti sa EUR 500.
|
|
Artikolu 63 3.
|
L-Artikoli 73 u 74 ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw ukoll għall-flus elettroniċi kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE, għajr meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ma jkunx jista’ jiffriża l-kont ta’ pagament li fih ikunu maħżuna l-flus elettroniċi jew jimblokka l-istrument ta’ pagament. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw din id-deroga għal kontijiet ta’ pagament li fihom ikunu maħżuna l-flus elettroniċi jew għal strumenti ta’ pagament ta’ ċertu valur.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|