+Preamble: 1
|
Preamble: 1
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 41(2), it-tieni subparagrafu tiegħu,
Billi:
|
(1)
|
Il-qafas dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju stabbilit bir-Regolament (UE) 2022/2554 jintroduċi qafas ta’ sorveljanza tal-Unjoni għall-fornituri terzi ta’ servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT, information and communication technology) għas-settur finanzjarju ddeżinjati bħala kritiċi f’konformità mal-Artikolu 31 ta’ dak ir-Regolament.
|
|
(2)
|
Fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jiddeċiedi li jippreżenta talba volontarja biex jiġi ddeżinjat bħala kritiku jenħtieġ li jipprovdi lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (ASE) riċeventi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex juri l-kritikalità tiegħu skont il-prinċipji u l-kriterji stabbiliti fir-Regolament (UE) 2022/2554. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-applikazzjoni għal talba volontarja tkun dettaljata u kompluta biżżejjed biex tippermetti valutazzjoni ċara u kompluta tal-kritikalità skont l-Artikolu 31(11) ta’ dak ir-Regolament. L-ASE rilevanti jenħtieġ li tirrifjuta kwalunkwe applikazzjoni mhux kompluta u titlob l-informazzjoni nieqsa.
|
|
(3)
|
L-identifikazzjoni legali tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard Tekniku Regolatorju jenħtieġ li tiġi allinjata mal-kodiċi ta’ identifikazzjoni stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni adottat f’konformità mal-Artikolu 28(9) tar-Regolament (UE) 2022/2554.
|
|
(4)
|
Bħala segwitu għar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mis-Sorveljant Ewlieni lill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT, jenħtieġ li s-Sorveljant Ewlieni jimmonitorja l-konformità tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT mar-rakkomandazzjonijiet. Bil-ħsieb li jiġi żgurat monitoraġġ effiċjenti u effettiv tal-azzjonijiet li ttieħdu jew tar-rimedji li ġew implimentati mill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT fir-rigward ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet, jenħtieġ li s-Sorveljant Ewlieni jkun jista’ jirrikjedi r-rapporti msemmija fl-Artikolu 35(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2022/2554, li jenħtieġ li jkunu maħsuba bħala rapporti ta’ progress interim u rapporti finali.
|
|
(5)
|
Għall-fini tal-valutazzjoni speċifikata fl-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554, li skontha s-Sorveljant Ewlieni huwa obbligat jevalwa jekk hijiex biżżejjed l-ispjegazzjoni pprovduta minn fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT, in-notifika lis-Sorveljant Ewlieni mill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT bl-intenzjoni tiegħu li jsegwi r-rakkomandazzjonijiet riċevuti jenħtieġ li tiġi kkomplementata minn deskrizzjoni tal-azzjonijiet u l-miżuri li ttieħdu biex jittaffew ir-riskji deskritti fir-rakkomandazzjonijiet, flimkien mal-iskadenzi rispettivi tagħhom. Tali spjegazzjoni jenħtieġ li tieħu l-forma ta’ pjan ta’ rimedju.
|
|
(6)
|
Peress li s-Sorveljant Ewlieni huwa mistenni jivvaluta l-arranġamenti ta’ sottokuntrattar tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT, jeħtieġ li jiġi żviluppat mudell għall-għoti ta’ informazzjoni dwar dawk l-arranġamenti. Il-mudell jenħtieġ li jqis il-fatt li l-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT għandhom strutturi differenti mill-entitajiet finanzjarji.
|
|
(7)
|
Ladarba r-rakkomandazzjonijiet lil fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT jinħarġu mis-Sorveljant Ewlieni, u l-awtoritajiet kompetenti jkunu infurmaw lill-entitajiet finanzjarji rilevanti dwar ir-riskji identifikati f’dawk ir-rakkomandazzjonijiet, jenħtieġ li s-Sorveljant Ewlieni jimmonitorja u jivvaluta l-implimentazzjoni mill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT tal-azzjonijiet u tar-rimedji biex jikkonforma mar-rakkomandazzjonijiet. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jimmonitorjaw u jivvalutaw sa liema punt l-entitajiet finanzjarji huma esposti għar-riskji identifikati f’dawn ir-rakkomandazzjonijiet. Bil-ħsieb li jinżammu kundizzjonijiet ekwi filwaqt li jwettqu l-kompiti rispettivi tagħhom, b’mod partikolari meta r-riskji identifikati fir-rakkomandazzjonijiet ikunu severi u kondiviżi fost għadd kbir ta’ entitajiet finanzjarji f’diversi Stati Membri, jenħtieġ li kemm l-awtoritajiet kompetenti kif ukoll is-Sorveljant Ewlieni jikkondividu bejniethom kwalunkwe sejba rilevanti li tkun meħtieġa għalihom biex iwettqu l-kompiti rispettivi tagħhom. L-objettiv tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni huwa li jiġi żgurat li r-reazzjoni tas-Sorveljant Ewlieni lill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT fir-rigward tal-azzjonijiet u r-rimedji li dan tal-aħħar ikun qed jimplimenta tqis l-impatt fuq ir-riskji tal-entitajiet finanzjarji, u li l-attivitajiet superviżorji mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti jiġu infurmati mill-valutazzjoni mwettqa mis-Sorveljant Ewlieni.
|
|
(8)
|
Biex jippermettu kondiviżjoni effiċjenti u effettiva tal-informazzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw, bħala parti mill-attivitajiet superviżorji tagħhom, il-punt sa fejn l-entitajiet finanzjarji taħt is-superviżjoni tagħhom ikunu esposti għar-riskji identifikati fir-rakkomandazzjonijiet. Din il-valutazzjoni jenħtieġ li titwettaq b’mod proporzjonat u bbażat fuq ir-riskju. Is-Sorveljant Ewlieni jenħtieġ li jitlob lill-awtoritajiet kompetenti jikkondividu r-riżultati ta’ din il-valutazzjoni fil-każijiet speċifiċi meta r-riskji assoċjati mar-rakkomandazzjonijiet ikunu severi u kondiviżi fost għadd kbir ta’ entitajiet finanzjarji f’diversi Stati Membri. Biex isir l-aħjar użu mir-riżorsi tal-awtoritajiet kompetenti, meta jitlob biex jingħataw ir-riżultati ta’ din il-valutazzjoni, jenħtieġ li s-Sorveljant Ewlieni dejjem iqis li l-objettiv ta’ dawn it-talbiet huwa li jevalwaw l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet u tar-rimedji tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT.
|
|
(9)
|
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u ta opinjoni fit-22 ta’ Lulju 2024.
|
|
(10)
|
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-ASE.
|
|
(11)
|
Il-Kumitat Konġunt tal-ASE wettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizza l-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talab il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u tas-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5),
|
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|