+Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 2 3.
---+Artikolu 2 4.
---+Artikolu 2 5.
---+Artikolu 2 6.
---+Artikolu 2 7.
---+Artikolu 2 8.
---+Artikolu 2 9.
---+Artikolu 2 10.
---+Artikolu 2 11.
---+Artikolu 2 12.
---+Artikolu 2 13.
|
Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 1.
|
Dan ir-Regolament japplika għal:
(a)
il-fornituri li jintroduċu fis-suq jew li jqiegħdu fis-servizz sistemi tal-IA jew li jintroduċu fis-suq mudelli tal-IA bi skop ġenerali fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk dawk il-fornituri jkunux stabbiliti jew ikunux jinsabu fl-Unjoni jew f'pajjiż terz;
(b)
l-implimentaturi ta' sistemi tal-IA li għandhom il-post ta' stabbiliment tagħhom fl-Unjoni jew li jinsabu fiha;
(c)
il-fornituri u l-implimentaturi ta' sistemi tal-IA li għandhom il-post ta' stabbiliment f'pajjiż terz jew li jinsabu f'pajjiż terz, meta l-output prodott mis-sistema tal-IA jintuża fl-Unjoni;
(d)
l-importaturi u d-distributuri ta' sistemi tal-IA;
(e)
il-manifatturi tal-prodotti li jintroduċu fis-suq jew li jqiegħdu fis-servizz sistema tal-IA flimkien mal-prodott tagħhom u taħt isimhom jew bit-trademark tagħhom stess;
(f)
ir-rappreżentanti awtorizzati tal-fornituri, li mhumiex stabbiliti fl-Unjoni;
(g)
il-persuni affettwati li jinsabu fl-Unjoni.
|
|
Artikolu 2 2.
|
Għas-sistemi tal-IA klassifikati bħala sistemi tal-IA b’riskju għoli f’konformità mal-Artikolu 6(1) relatati ma’ prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima B tal-Anness I, japplikaw biss l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 60a u l-Artikoli 102 sa 112. L-Artikoli 57, 58 u 59 għandhom japplikaw biss sa fejn ir-rekwiżiti għas-sistemi tal-IA b’riskju għoli skont dan ir-Regolament ikunu ġew integrati f’dik il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.
|
|
Artikolu 2 3.
|
Dan ir-Regolament ma japplikax għal oqsma barra mill-kamp ta' applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, u ma għandux, fi kwalunkwe każ, jaffettwa l-kompetenzi tal-Istati Membri fir-rigward tas-sigurtà nazzjonali, irrispettivament mit-tip ta' entità fdata mill-Istati Membri biex twettaq il-kompiti fir-rigward ta' dawk il-kompetenzi. Dan ir-Regolament ma japplikax għal sistemi tal-IA fejn u sakemm jiġu introdotti fis-suq, jitqiegħdu fis-servizz jew jintużaw b'modifika jew mingħajr modifika esklużivament għal fini militari, ta' difiża jew ta' sigurtà nazzjonali, irrispettivament mit-tip tal-entità li twettaq dawk l-attivitajiet. Dan ir-Regolament ma japplikax għal sistemi tal-IA li ma jiġux introdotti fis-suq jew imqiegħda fis-servizz fl-Unjoni, meta l-output jintuża fl-Unjoni esklużivament għal fini militari, ta' difiża jew ta' sigurtà nazzjonali, irrispettivament mit-tip tal-entità li twettaq dawk l-attivitajiet.
|
|
Artikolu 2 4.
|
Dan ir-Regolament la japplika għal awtoritajiet pubbliċi f'pajjiż terz u lanqas għal organizzazzjonijiet internazzjonali li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament skont il-paragrafu 1, meta dawk l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet jużaw sistemi tal-IA fil-qafas ta' kooperazzjoni jew ftehimiet internazzjonali għall-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja mal-Unjoni jew ma' Stat Membru wieħed jew aktar, dment li tali pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali tipprovdi salvagwardji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tal-individwi.
|
|
Artikolu 2 5.
|
Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-fornituri tas-servizzi intermedjarji kif stipulat fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2022/2065.
|
|
Artikolu 2 6.
|
Dan ir-Regolament ma japplikax għal sistemi jew mudelli tal-IA, inkluż l-output tagħhom, speċifikament żviluppati u mqiegħda fis-servizz għall-iskop uniku tar-riċerka u l-iżvilupp xjentifiċi.
|
|
Artikolu 2 7.
|
Il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta’ data personali, il-privatezza u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni tapplika għal data personali pproċessata b’rabta mad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4a u 59 ta’ dan ir-Regolament, dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa r-Regolament (UE) 2016/679 jew (UE) 2018/1725, jew id-Direttiva 2002/58/KE jew (UE) 2016/680.
|
|
Artikolu 2 8.
|
Dan ir-Regolament ma japplika għall-ebda attività ta' riċerka, ittestjar jew żvilupp fir-rigward ta' sistemi tal-IA jew mudelli tal-IA qabel ma jiġu introdotti fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz. Tali attivitajiet għandhom jitwettqu f'konformità mal-liġi tal-Unjoni applikabbli. L-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali ma għandux ikun kopert minn dik l-esklużjoni.
|
|
Artikolu 2 9.
|
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti minn atti legali oħra tal-Unjoni relatati mal-protezzjoni tal-konsumatur u s-sikurezza tal-prodotti.
|
|
Artikolu 2 10.
|
Dan ir-Regolament ma japplikax għall-obbligi ta' implimentaturi li huma persuni fiżiċi li jużaw sistemi tal-IA waqt attività purament personali mhux professjonali.
|
|
Artikolu 2 11.
|
Dan ir-Regolament ma jipprekludix lill-Unjoni jew lill-Istati Membri milli jżommu jew jintroduċu liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema f'termini ta' protezzjoni tad-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-użu tas-sistemi tal-IA mill-impjegaturi, jew milli jħeġġu jew jippermettu l-applikazzjoni ta' ftehimiet kollettivi li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema.
|
|
Artikolu 2 12.
|
Dan ir-Regolament ma japplikax għas-sistemi tal-IA rilaxxati b'liċenzji liberi u b'sors miftuħ sakemm ma jiġux introdotti fis-suq jew mqiegħda fis-servizz bħala sistemi tal-IA b'riskju għoli jew bħala sistema tal-IA li taqa' taħt l-Artikolu 5 jew 50.
|
|
Artikolu 2 13.
|
Għas-sistemi tal-IA b’riskju għoli msemmija fl-Artikolu 6(1), l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti jew obbligi speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 9 sa 15 u 17 sa 25 tista’ tkun limitata, meta u sal-punt li:
(a)
il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I tistabbilixxi rekwiżiti jew obbligi li jipprevedu livell ekwivalenti jew ogħla ta’ protezzjoni tas-saħħa, tas-sikurezza jew tad-drittijiet fundamentali bħar-rekwiżit jew l-obbligu kkonċernat; u
(b)
tali limitazzjoni ma tnaqqasx il-livell ġenerali ta’ protezzjoni previst minn dan ir-Regolament.
Sat-2 ta’ Awwissu 2027, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 97 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika s-sistemi tal-IA b’riskju għoli kkonċernati, ir-rekwiżiti jew l-obbligi li jistgħu jiġu limitati, il-kundizzjonijiet li skonthom tapplika tali limitazzjoni, u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-limitazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|