+Artikolu 46 Deroga mill-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità
---+Artikolu 46 1.
---+Artikolu 46 2.
---+Artikolu 46 3.
---+Artikolu 46 4.
---+Artikolu 46 5.
---+Artikolu 46 6.
---+Artikolu 46 7.

Artikolu 46 Deroga mill-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 46 1.
B’deroga mill-Artikolu 43 u fuq talba debitament ġustifikata, kwalunkwe awtorità tas-sorveljanza tas-suq tista’ tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta’ sistemi tal-IA b’riskju għoli speċifiċi fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, għal raġunijiet eċċezzjonali ta’ sigurtà pubblika jew il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-persuni, għall-ħarsien tal-ambjent jew għall-protezzjoni ta’ assi industrijali u infrastrutturali ewlenin. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tkun għal perjodu limitat waqt li jkunu qed isiru l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità meħtieġa, filwaqt li jitqiesu r-raġunijiet eċċezzjonali li jiġġustifikaw id-deroga. It-tlestija ta’ dawk il-proċeduri għandha ssir mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 46 2.
F’sitwazzjoni ta’ urġenza debitament ġustifikata għal raġunijiet eċċezzjonali ta’ sigurtà pubblika jew fil-każ ta’ theddida speċifika, sostanzjali u imminenti għall-ħajja jew għas-sikurezza fiżika ta’ persuni fiżiċi, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew l-awtoritajiet tal-protezzjoni ċivili jistgħu jqiegħdu fis-servizz sistema speċifika tal-IA b’riskju għoli mingħajr l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 dment li tali awtorizzazzjoni tintalab matul jew wara l-użu mingħajr dewmien żejjed. Jekk l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tiġi rrifjutata, l-użu tas-sistema tal-IA b’riskju għoli għandu jitwaqqaf b’effett immedjat u r-riżultati u l-outputs kollha ta’ dan l-użu għandhom jiġu skartati minnufih.
Artikolu 46 3.
L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinħareġ biss jekk l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tikkonkludi li s-sistema tal-IA b’riskju għoli tikkonforma mar-rekwiżiti tat-Taqsima 2. L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni maħruġa skont il-paragrafi 1 u 2. Dan l-obbligu ma għandux ikopri data operazzjonali sensittiva marbuta mal-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.
Artikolu 46 4.
Jekk, fi żmien 15-il jum tal-kalendarju minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni rigward awtorizzazzjoni maħruġa minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru f’konformità mal-paragrafu 1, dik l-awtorizzazzjoni għandha titqies iġġustifikata.
Artikolu 46 5.
Meta, fi żmien 15-il jum kalendarju minn meta tasal in-notifika msemmija fil-paragrafu 3, jitqajmu oġġezzjonijiet minn Stat Membru kontra awtorizzazzjoni maħruġa minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru ieħor, jew meta l-Kummissjoni tqis li l-awtorizzazzjoni tmur kontra d-dritt tal-Unjoni jew il-konklużjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-konformità tas-sistema kif imsemmija fil-paragrafu 3 tkun bla bażi valida, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjonijiet mal-Istat Membru rilevanti. L-operaturi kkonċernati għandhom jiġu kkonsultati u jkollhom il-possibbiltà li jippreżentaw il-fehmiet tagħhom. B’kunsiderazzjoni ta’ dan, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk l-awtorizzazzjoni hix iġġustifikata jew le. Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istat Membru kkonċernat u lill-operaturi rilevanti.
Artikolu 46 6.
Meta l-Kummissjoni tqis li l-awtorizzazzjoni mhix iġġustifikata, din għandha tiġi rtirata mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 46 7.
Għas-sistemi tal-IA b’riskju għoli relatati ma’ prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness I, it-Taqsima A, għandhom japplikaw biss id-derogi mill-valutazzjoni tal-konformità stabbiliti f’dik il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit