+Artikolu 71 Bażi tad-data tal-UE għal sistemi tal-IA b'riskju għoli elenkati fl-Anness III
---+Artikolu 71 1.
---+Artikolu 71 2.
---+Artikolu 71 3.
---+Artikolu 71 4.
---+Artikolu 71 5.
---+Artikolu 71 6.
|
Artikolu 71 Bażi tad-data tal-UE għal sistemi tal-IA b'riskju għoli elenkati fl-Anness III
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 71 1.
|
F'kollaborazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm bażi tad-data tal-UE li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu dwar is-sistemi tal-IA b'riskju għoli msemmijin fl-Artikolu 6(2) li huma rreġistrati f'konformità mal-Artikoli 49 u 60 u s-sistemi tal-IA li ma humiex ikkunsidrati bħala riskju għoli skont l-Artikolu 6(3) u li huma rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 6(40 u l-Artikolu 49. Meta tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali ta' tali bażi tad-data, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti rilevanti, u meta taġġorna l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali ta' tali bażi tad-data, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Bord.
|
|
Artikolu 71 2.
|
Id-data elenkata fit-Taqsimiet A u B tal-Anness VIII, għandha tiddaħħal fil-bażi tad-data tal-UE mill-fornitur, jew fejn applikabbli, mir-rappreżentant awtorizzat.
|
|
Artikolu 71 3.
|
Id-data elenkata fit-Taqsima C tal-Anness VIII, għandha tiddaħħal fil-bażi tad-data tal-UE mill-implimentatur li huwa, jew li jaġixxi f'isem, awtorità, aġenzija jew korp pubbliċi, f'konformità mal-Artikolu 49(4) u (4).
|
|
Artikolu 71 4.
|
Bl-eċċezzjoni tat-taqsima msemmija fl-Artikolu 49(4) u l-Artikolu 60(4), il-punt (c), l-informazzjoni li tinsab fil-bażi tad-data tal-UE rreġistrata f’konformità mal-Artikolu 49 għandha tkun aċċessibbli u disponibbli għall-pubbliku b’mod faċli għall-utent. L-informazzjoni għandha tkun faċilment navigabbli u tinqara mill-magni. L-informazzjoni rreġistrata f’konformità mal-Artikolu 60 għandha tkun aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u għall-Kummissjoni, sakemm il-fornitur jew il-fornitur prospettiv ma jkunx ta l-kunsens tiegħu biex l-informazzjoni tkun aċċessibbli wkoll għall-pubbliku.
|
|
Artikolu 71 5.
|
Il-bażi tad-data tal-UE għandu jkun fiha data personali biss sa fejn tkun meħtieġa għall-ġbir u għall-ipproċessar ta’ informazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuni fiżiċi li huma responsabbli għar-reġistrazzjoni tas-sistema u li għandhom l-awtorità legali biex jirrappreżentaw lill-fornitur jew lill-implimentatur, kif applikabbli.
|
|
Artikolu 71 6.
|
Il-Kummissjoni għandha tkun il-kontrollur tal-bażi tad-data tal-UE. Għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-fornituri, il-fornituri prospettivi u l-implimentaturi appoġġ tekniku u amministrattiv adegwat. Il-bażi tad-data tal-UE għandha tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|