+Artikolu 75c Nuqqas ta’ konformità, multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali
---+Artikolu 75c 1.
---+Artikolu 75c 2.
---+Artikolu 75c 3.
---+Artikolu 75c 4.
---+Artikolu 75c 5.
---+Artikolu 75c 6.
---+Artikolu 75c 7.
---+Artikolu 75c 8.
---+Artikolu 75c 9.
|
Artikolu 75c Nuqqas ta’ konformità, multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 75c 1.
|
Meta l-Uffiċċju għall-IA jsib li operatur li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 75(1) ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament jew mal-impenji magħmula vinkolanti skont l-Artikolu 75b, huwa għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi tali nuqqas ta’ konformità.
|
|
Artikolu 75c 2.
|
Qabel ma jadotta deċiżjoni skont il-paragrafu 1, l-Uffiċċju għall-IA għandu jikkomunika s-sejbiet preliminari tiegħu lill-operatur ikkonċernat. Fis-sejbiet preliminari, l-Uffiċċju għall-IA għandu jispjega l-miżuri li jkun qed jikkunsidra jieħu, jew li jikkunsidra li għandu jieħu l-operatur ikkonċernat, sabiex jindirizza s-sejbiet preliminari b’mod effettiv.
|
|
Artikolu 75c 3.
|
Fid-deċiżjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Uffiċċju għall-IA għandu, meta rilevanti, jordna lill-operatur ikkonċernat jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament fi żmien raġonevoli u biex jipprovdi informazzjoni dwar il-miżuri li dak l-operatur ikun beħsiebu jieħu biex jikkonforma mad-deċiżjoni. L-operatur ikkonċernat għandu jipprovdi lill-Uffiċċju għall-IA deskrizzjoni tal-miżuri li jkun ħa biex jiżgura l-konformità mad-deċiżjoni, meta dawn jiġu-implimentati. Qabel ma jitlob kwalunkwe miżura, l-Uffiċċju għall-IA jista’ jidħol fi djalogu strutturat mal-operatur tas-sistema tal-IA inkwistjoni. Matul dan id-djalogu, l-operatur jista’ jipproponi impenji f’konformità mal-Artikolu 75b.
|
|
Artikolu 75c 4.
|
Deċiżjoni adottata skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista’ tkun akkumpanjata mill-impożizzjoni ta’ penali f’konformità mal-Artikolu 99(3) sa (7), liema dispożizzjonijiet għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-Uffiċċju għall-IA fl-eżekuzzjoni tal-kompiti tiegħu ta’ superviżjoni u infurzar imsemmija fl-Artikolu 75(1). B’mod partikolari, dawn li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal multi amministrattivi kif imsemmi fl-Artikolu 99(4):
(a)
ksur ta’ kwalunkwe dispożizzjoni applikabbli ta’ dan ir-Regolament, inklużi dawk mhux elenkati fl-Artikolu 99(4);
(b)
nuqqas ta’ konformità ma’ deċiżjonijiet jew miżuri adottati skont is-setgħat elenkati fl-Artikolu 14(4) jew fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2019/1020, kif ukoll dawk speċifikati fl-Artikolu 75a ta’ dan ir-Regolament;
(c)
in-nuqqas ta’ konformità ma’ impenn magħmul vinkolanti b’deċiżjoni skont l-Artikolu 75b.
Il-forniment ta’ informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa lill-Uffiċċju għall-IA bi tweġiba għal talba għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi kif imsemmi fl-Artikolu 99(5).
|
|
Artikolu 75c 5.
|
L-Uffiċċju għall-IA jista’ jadotta deċiżjoni li timponi ħlasijiet perjodiċi ta’ penali biex jobbliga lill-operaturi soġġetti għall-kompetenza tiegħu skont l-Artikolu 75(1) għal li ġej:
(a)
li jissottomettu ruħhom għal investigazzjoni;
(b)
li jikkonformaw mat-talba għall-informazzjoni ordnata b’deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 75a(3);
(c)
li jissottomettu ruħhom għal spezzjoni ordnata b’deċiżjoni skont l-Artikolu 75a(4);
(d)
li jipprovdu tweġibiet jew spjegazzjonijiet korretti jew kompluti fil-kuntest ta’ spezzjoni ordnata b’deċiżjoni skont l-Artikolu 75a(4);
(e)
li jikkonformaw mal-azzjonijiet korrettivi ordnati skont is-setgħa elenkata fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2019/1020;
(f)
li jikkonformaw mal-impenji magħmula legalment vinkolanti b’deċiżjoni skont l-Artikolu 75b; jew
(g)
li jikkonformaw ma’ deċiżjoni skont il-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu.
Dawk il-ħlasijiet ta’ penali għandhom ikunu effettivi u proporzjonati, u, fejn applikabbli, ma għandhomx jaqbżu il-5 % tal-introjtu medju ta’ kuljum jew tal-fatturat annwali dinji fis-sena finanzjarja preċedenti għal kull jum, ikkalkulat mid-data maħtura bid-deċiżjoni.
|
|
Artikolu 75c 6.
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni illimitata biex tirrieżamina deċiżjonijiet tal-Uffiċċju għall-IA li bihom ikun iffissa multa jew ħlas perjodiku ta’ penali skont dan l-Artikolu. Hi tista’ tikkanċella, tnaqqas jew iżżid il-multa imposta jew il-ħlas perjodiku ta’ penali impost.
|
|
Artikolu 75c 7.
|
Il-fondi miġbura permezz tal-impożizzjoni ta’ multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali skont dan l-Artikolu għandhom jikkontribwixxu għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 75c 8.
|
Is-setgħat mogħtija lill-Uffiċċju għall-IA b’dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għal perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għandu jibda jgħodd mill-jum li fih jitwettaq il-ksur. Madankollu, f’każ ta’ ksur kontinwu jew ripetut, il-perjodu ta’ preskrizzjoni għandu jibda jgħodd mill-jum li fih jintemm il-ksur. Is-setgħa tal-Uffiċċju għall-IA li jinforza deċiżjonijiet meħuda skont dan l-Artikolu għandha tkun soġġetta għal perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għandu jibda jgħodd fil-jum li fih id-deċiżjoni ssir finali. L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 75d(3) għandu jispeċifika l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, inklużi ċ-ċirkostanzi li fihom il-perjodi ta’ preskrizzjoni għandhom jiġu interrotti.
|
|
Artikolu 75c 9.
|
Meta l-Uffiċċju għall-IA jiddetermina li ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi adottata deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ konformità, huwa għandu jagħlaq il-proċediment b’deċiżjoni. Dik id-deċiżjoni għandha tapplika b’effett immedjat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|