+Artikolu 81 Proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni
---+Artikolu 81 1.
---+Artikolu 81 2.
---+Artikolu 81 3.
|
Artikolu 81 Proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 81 1.
|
Meta, fi żmien tliet xhur minn meta tasal in-notifika msemmija fl-Artikolu 79(5), jew fi żmien 30 jum fil-każ ta’ nonkonformità mal-projbizzjoni tal-prattiki tal-IA msemmija fl-Artikolu 5, jitqajmu oġġezzjonijiet mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru għal miżura meħuda minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq oħra, jew meta l-Kummissjoni tqis li l-miżura tmur kontra d-dritt tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mingħajr dewmien żejjed mal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru rilevanti u mal-operatur jew l-operaturi u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha fi żmien sitt xhur, jew fi żmien 60 jum fil-każ ta’ nonkonformità mal-projbizzjoni tal-prattiki tal-IA msemmija fl-Artikolu 5, li jibdew min-notifika msemmija fl-Artikolu 79(5) u tiddeċiedi jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata u għandha tinnotifika lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru kkonċernat bid-deċiżjoni tagħha. Il-Kummissjoni għandha tinforma wkoll lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq l-oħra kollha bid-deċiżjoni tagħha.
|
|
Artikolu 81 2.
|
Meta l-Kummissjoni tqis li l-miżura meħuda mill-Istat Membru rilevanti tkun ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jiżguraw li jieħdu miżuri restrittivi xierqa fir-rigward tas-sistema tal-IA kkonċernata, bħar-rekwiżit tal-irtirar tas-sistema tal-IA mis-suq tagħhom mingħajr dewmien żejjed, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan. Meta l-Kummissjoni tqis li l-miżura nazzjonali mhijiex ġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirtira l-miżura u għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan.
|
|
Artikolu 81 3.
|
Meta l-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nonkonformità tas-sistema tal-IA tkun attribwita għal nuqqasijiet fl-istandards armonizzati jew fl-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikoli 40 u 41 ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|