+Artikolu 95 Kodiċijiet tal-kondotta għall-applikazzjoni volontarja ta' rekwiżiti speċifiċi
---+Artikolu 95 1.
---+Artikolu 95 2.
---+Artikolu 95 3.
---+Artikolu 95 4.
|
Artikolu 95 Kodiċijiet tal-kondotta għall-applikazzjoni volontarja ta' rekwiżiti speċifiċi
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 95 1.
|
L-Uffiċċju għall-IA u l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw it-tfassil ta' kodiċijiet tal-kondotta, inkluż mekkaniżmi ta' governanza relatati, maħsuba biex irawmu l-applikazzjoni volontarja għal sistemi tal-IA għajr sistemi tal-IA b'riskju għoli ta' xi wħud mir-rekwiżiti jew ir-rekwiżiti kollha stipulati fil-Kapitolu III, Taqsima 2, filwaqt li jqisu s-soluzzjonijiet tekniċi disponibbli u l-aħjar prattiki tal-industrija li jippermettu l-applikazzjoni ta' dawn ir-rekwiżiti.
|
|
Artikolu 95 2.
|
L-Uffiċċju għall-IA u l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw it-tfassil ta' kodiċijiet tal-kondotta li jikkonċernaw l-applikazzjoni volontarja, inkluż mill-implimentaturi, ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sistemi kollha tal-IA, abbażi ta' objettivi ċari u indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex titkejjel il-kisba ta' dawk l-objettivi, inkluż elementi bħal, iżda mhux limitati għal:
(a)
l-elementi applikabbli previsti fil-linji gwida tal-Unjoni dwar l-etika għal IA affidabbli;
(b)
il-valutazzjoni u l-minimizzazzjoni tal-impatt tas-sistemi tal-IA fuq is-sostenibbiltà ambjentali, inkluż fir-rigward ta' programmar effiċjenti fl-użu tal-enerġija u tekniki għad-disinn, it-taħriġ u l-użu effiċjenti tal-IA;
(c)
il-promozzjoni tal-litteriżmu fl-IA, b'mod partikolari dak ta' persuni li jkollhom x'jaqsmu mal-iżvilupp, it-tħaddim u l-użu tal-IA;
(d)
l-iffaċilitar ta' disinn inklużiv u divers tas-sistemi tal-IA, inkluż permezz tal-istabbiliment ta' timijiet ta' żvilupp inklużivi u diversi u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati f'dak il-proċess;
(e)
il-valutazzjoni u l-prevenzjoni tal-impatt negattiv tas-sistemi tal-IA fuq persuni vulnerabbli jew gruppi ta' persuni vulnerabbli, inkluż fir-rigward tal-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabilità, kif ukoll fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.
|
|
Artikolu 95 3.
|
Il-kodiċijiet tal-kondotta jistgħu jitfasslu minn fornituri jew implimentaturi individwali ta' sistemi tal-IA jew minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom jew mit-tnejn li huma, inkluż bl-involviment ta' kwalunkwe parti kkonċernata interessata u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, inkluż l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u d-dinja akkademika. Il-kodiċijiet tal-kondotta jistgħu jkopru sistema waħda jew aktar tal-IA filwaqt li titqies is-similarità tal-għan maħsub tas-sistemi rilevanti.
|
|
Artikolu 95 4.
|
L-Uffiċċju għall-IA u l-Istati Membri għandhom iqisu l-interessi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs, inkluż l-istart-ups, u l-SMCs, meta jħeġġu u jiffaċilitaw it-tfassil ta’ kodiċijiet tal-kondotta.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|