|
+ANNESS V Dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE |
ANNESS V Dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE
ANNESS V Dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE msemmija fl-Artikolu 47 għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja:
1.
L-isem u t-tip tas-sistema tal-IA u kwalunkwe referenza mhux ambigwa addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tas-sistema tal-IA;
2.
L-isem u l-indirizz tal-fornitur jew, meta applikabbli, tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu;
3.
Stqarrija li d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE msemmija fl-Artikolu 47 qed tinħareġ taħt ir-responsabbiltà unika tal-fornitur;
4.
Stqarrija li s-sistema tal-IA tikkonforma ma' dan ir-Regolament u, jekk applikabbli, ma' kwalunkwe liġi rilevanti oħra tal-Unjoni li tipprevedi l-ħruġ tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE msemmija fl-Artikolu 47;
5.
Meta sistema tal-IA tinvolvi l-ipproċessar ta' data personali, dikjarazzjoni li dik is-sistema tal-IA tikkonforma mar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 u mad-Direttiva (UE) 2016/680;
6.
Referenzi għal kwalunkwe standard armonizzat rilevanti użat jew kwalunkwe speċifikazzjoni komuni oħra li fir-rigward tagħha tiġi ddikjarata konformità;
7.
Meta applikabbli, l-isem u n-numru ta' identifikazzjoni tal-korp notifikat, deskrizzjoni tal-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità li saret, u identifikazzjoni taċ-ċertifikat maħruġa;
8.
Il-post u d-data tal-ħruġ tad-dikjarazzjoni, l-isem u l-funzjoni tal-persuna li ffirmatha, kif ukoll indikazzjoni ta' għal min, jew f'isem min, iffirmat dik il-persuna, firma. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
Kwistjonijiet marbuta
|