|
+ANNESS VIII Informazzjoni li trid tiġi ppreżentata mar-reġistrazzjoni ta' sistemi tal-IA b'riskju għoli f'konformità mal-Artikolu 49 |
ANNESS VIII Informazzjoni li trid tiġi ppreżentata mar-reġistrazzjoni ta' sistemi tal-IA b'riskju għoli f'konformità mal-Artikolu 49
ANNESS VIII Informazzjoni li trid tiġi ppreżentata mar-reġistrazzjoni ta' sistemi tal-IA b'riskju għoli f'konformità mal-Artikolu 49 Taqsima A – Informazzjoni li trid tiġi ppreżentata mill-fornituri ta' sistemi tal-IA b'riskju għoli f'konformità mal-Artikolu 49(1) L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata u mbagħad tinżamm aġġornata fir-rigward tas-sistemi tal-IA b'riskju għoli li jridu jiġu rreġistrati f'konformità mal-Artikolu 49(1):
1.
L-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tal-fornitur;
2.
Meta l-informazzjoni tiġi ppreżentata minn persuna oħra f'isem il-fornitur, l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt ta' dik il-persuna;
3.
L-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tar-rappreżentant awtorizzat, fejn applikabbli;
4.
L-isem kummerċjali tas-sistema tal-IA u kwalunkwe referenza mhux ambigwa addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tas-sistema tal-IA;
5.
Deskrizzjoni tal-għan maħsub tas-sistema tal-IA u tal-komponenti u l-funzjonijiet appoġġati permezz ta' din is-sistema tal-IA;
6.
Deskrizzjoni bażika u konċiża tal-informazzjoni użata mis-sistema (data, inputs) u l-loġika operattiva tagħha;
7.
L-istatus tas-sistema tal-IA (fis-suq, jew fis-servizz; m'għadhiex fis-suq/fis-servizz, imsejħa lura);
8.
It-tip, in-numru u l-iskadenza taċ-ċertifikat maħruġ mill-korp notifikat u l-isem jew in-numru ta' identifikazzjoni ta' dak il-korp notifikat, fejn applikabbli;
9.
Kopja skenjata taċ-ċertifikat imsemmi fil-punt 8, fejn applikabbli;
10.
Kwalunkwe Stat Membru fejn is-sistema tal-IA ġiet introdotta fis-suq, tqiegħdet fis-servizz jew saret disponibbli fl-Unjoni;
11.
Kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE msemmija fl-Artikolu 47;
12.
Struzzjonijiet elettroniċi għall-użu; din l-informazzjoni ma għandhiex tingħata għas-sistemi tal-IA b'riskju għoli li jintużaw fl-oqsma tal-infurzar tal-liġi jew tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, l-ażil u l-kontroll fuq il-fruntieri msemmija fl-Anness III, il-punti 1, 6 u 7;
13.
URL għal informazzjoni addizzjonali (fakultattiv). Taqsima B – Informazzjoni li trid tiġi ppreżentata mill-fornituri ta' sistemi tal-IA b'riskju għoli f'konformità mal-Artikolu 49(2) L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata u mbagħad tinżamm aġġornata fir-rigward tas-sistemi tal-IA li jridu jiġu rreġistrati f'konformità mal-Artikolu 49(2):
1.
L-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tal-fornitur;
2.
Meta l-informazzjoni tiġi ppreżentata minn persuna oħra f'isem il-fornitur, l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt ta' dik il-persuna;
3.
L-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tar-rappreżentant awtorizzat, fejn applikabbli;
4.
L-isem kummerċjali tas-sistema tal-IA u kwalunkwe referenza mhux ambigwa addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tas-sistema tal-IA;
5.
Deskrizzjoni tal-għan maħsub tas-sistema tal-IA;
6.
Il-kundizzjoni jew il-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 6(3) li abbażi tagħhom is-sistema tal-IA titqies li mhijiex ta' riskju għoli; ▼M1 —————
8.
L-istatus tas-sistema tal-IA (fis-suq, jew fis-servizz; m'għadhiex fis-suq/fis-servizz, imsejħa lura). ▼M1 ————— Taqsima C – Informazzjoni li trid tiġi ppreżentata mill-implimentaturi ta' sistemi tal-IA b'riskju għoli f'konformità mal-Artikolu 49(3) L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata u mbagħad tinżamm aġġornata fir-rigward tas-sistemi tal-IA b'riskju għoli li jridu jiġu rreġistrati f'konformità mal-Artikolu 49(3):
1.
L-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tal-implimentatur;
2.
L-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuna li tippreżenta l-informazzjoni f'isem l-implimentatur;
3.
Il-URL tad-dħul tas-sistema tal-IA fil-bażi tad-data tal-UE mill-fornitur tagħha;
4.
Sommarju tas-sejbiet tal-valutazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali mwettqa f'konformità mal-Artikolu 27;
5.
Sommarju tal-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data mwettqa f'konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew mal-Artikolu 27 tad-Direttiva (UE) 2016/680 kif speċifikat fl-Artikolu 26(8) ta' dan ir-Regolament, fejn applikabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
Kwistjonijiet marbuta
|