+Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“prodott b’elementi diġitali” tfisser prodott tas-software jew tal-hardware u s-soluzzjonijiet remoti tiegħu għall-ipproċessar tad-data, inklużi komponenti tas-software jew tal-hardware introdotti fis-suq separatament;

(2) 

“ipproċessar tad-data mill-bogħod” tfisser ipproċessar tad-data mill-bogħod li għalih is-software huwa ddisinjat u żviluppat mill-manifattur, jew taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur, u li n-nuqqas tiegħu jimpedixxi lill-prodott b’elementi diġitali milli jwettaq waħda mill-funzjonijiet tiegħu;

(3) 

“ċibersigurtà” tfisser iċ-ċibersigurtà kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2019/881;

(4) 

“software” tfisser il-parti ta’ sistema ta’ informazzjoni elettronika li tikkonsisti f’kodiċi tal-kompjuter;

(5) 

“hardware” tfisser sistema ta’ informazzjoni elettronika u fiżika, jew partijiet minnha li kapaċi jipproċessaw, jaħżnu jew jittrażmettu data diġitali;

(6) 

“komponent” tfisser software jew hardware maħsub għall-integrazzjoni f’sistema ta’ informazzjoni elettronika;

(7) 

“sistema ta’ informazzjoni elettronika” tfisser sistema, inkluż tagħmir elettriku jew elettroniku, li kapaċi tipproċessa, taħżen jew tittrażmetti data diġitali;

(8) 

“konnessjoni loġika” tfisser rappreżentazzjoni virtwali ta’ konnessjoni tad-data implimentata permezz ta’ interfaċċa tas-software;

(9) 

“konnessjoni fiżika” tfisser konnessjoni bejn sistemi ta’ informazzjoni elettroniċi jew komponenti implimentata bl-użu ta’ mezzi fiżiċi, inkluż permezz ta’ interfaċċi elettriċi, ottiċi jew mekkaniċi, wajers jew mewġ tar-radju;

(10) 

“konnessjoni indiretta” tfisser konnessjoni ma’ apparat jew ma’ network, li ma sseħħx direttament iżda aktar bħala parti minn sistema akbar li tista’ tiġi konnessa direttament ma’ tali apparat jew network;

(11) 

“punt tat-tmiem” tfisser kwalunkwe apparat li jkun imqabbad ma’ network u li jservi bħala punt ta’ dħul għal dak in-network;

(12) 

“operatur ekonomiku” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur, id-distributur, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li hija soġġetta għal obbligi fir-rigward tal-manifattura ta’ prodotti b’elementi diġitali jew it-tqegħid ta’ prodotti b’elementi diġitali għad-dispożizzjoni fis-suq b’mod konformi ma’ dan ir-Regolament;

(13) 

“manifattur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tiżviluppa jew timmanifattura prodotti b’elementi diġitali jew li għandha prodotti b’elementi diġitali ddisinjati, żviluppati jew manifatturati, u tikkummerċjalizzahom taħt isimha jew it-trademark tagħha, kemm b’titolu oneruż jew monetizzat jew mingħajr ħlas;

(14) 

“amministratur tas-software b’sors miftuħ” tfisser persuna ġuridika, għajr manifattur, li għandha l-għan jew l-objettiv li sistematikament tipprovdi appoġġ fuq bażi sostnuta għall-iżvilupp ta’ prodotti speċifiċi b’elementi diġitali, meqjusin bħala software liberu u b’sors miftuħ u intiżi għal attivitajiet kummerċjali, u li tiżgura l-vijabbiltà ta’ dawk il-prodotti;

(15) 

“rappreżentant awtorizzat” tfisser persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub minn manifattur biex taġixxi f’ismu b’rabta ma’ kompiti speċifikati;

(16) 

“importatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed fis-suq prodott b’elementi diġitali li jkollu l-isem jew it-trademark ta’ persuna fiżika jew ġuridika stabbilita barra mill-Unjoni;

(17) 

“distributur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista, għajr il-fornitur jew l-importatur, li tagħmel prodott b’elementi diġitali disponibbli fis-suq tal-Unjoni mingħajr ma taffettwa l-proprjetajiet tiegħu;

(18) 

“konsumatur” tfisser persuna fiżika li taġixxi għal finijiet li ma jidħlux fil-qafas tal-attività kummerċjali, imprenditorjali, artiżanali jew professjonali ta’ dik il-persuna;

(19) 

“intrapriżi mikro”, “intrapriżi żgħar” u “intrapriżi ta’ daqs medju” ifissru, rispettivament, l-intrapriżi mikro, l-intrapriżi żgħar u l-intrapriżi ta’ daqs medju kif definiti fl-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE;

(20) 

“perjodu ta’ appoġġ” tfisser il-perjodu li matulu manifattur huwa meħtieġ jiżgura li l-vulnerabbiltajiet ta’ prodott b’elementi diġitali jiġu ġestiti b’mod effettiv u f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fil-Parti II tal-Anness I;

(21) 

“introduzzjoni fis-suq” tfisser li prodott b’elementi diġitali jsir disponibbli għall-ewwel darba fis-suq tal-Unjoni;

(22) 

“tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq” tfisser il-provvista ta’ prodott b’elementi diġitali għad-distribuzzjoni jew għall-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk mingħajr ħlas;

(23) 

“skop maħsub” tfisser l-użu li għalih prodott b’elementi diġitali jkun maħsub mill-fornitur, inklużi l-kuntest speċifiku u l-kundizzjonijiet tal-użu, kif speċifikati fl-informazzjoni pprovduta mill-fornitur fl-istruzzjonijiet għall-użu, fil-materjali u fid-dikjarazzjonijiet promozzjonali jew tal-bejgħ, kif ukoll fid-dokumentazzjoni teknika;

(24) 

“użu raġonevolment prevedibbli” tfisser użu li mhux neċessarjament ikun l-iskop maħsub ipprovdut mill-manifattur fl-istruzzjonijiet għall-użu, il-materjali u d-dikjarazzjonijiet promozzjonali jew tal-bejgħ, kif ukoll fid-dokumentazzjoni teknika, iżda li x’aktarx jirriżulta minn imġiba umana jew minn operazzjonijiet jew interazzjonijiet tekniċi raġonevolment prevedibbli;

(25) 

“użu ħażin raġonevolment prevedibbli” tfisser l-użu ta’ prodott b’elementi diġitali b’mod li ma jkunx konformi mal-iskop maħsub tiegħu, iżda li jista’ jirriżulta minn imġiba umana jew minn interazzjoni ma’ sistemi oħra raġonevolment prevedibbli;

(26) 

“awtorità notifikanti” tfisser l-awtorità nazzjonali responsabbli għall-istabbiliment u għat-twettiq tal-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni, għad-deżinjazzjoni u għan-notifika tal-korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità u għall-monitoraġġ tagħhom;

(27) 

“valutazzjoni ta’ konformità” tfisser il-proċess ta’ verifika dwar jekk ir-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness I ikunux ġew issodisfati;

(28) 

“korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità” tfisser korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 13 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(29) 

“korp notifikat” tfisser korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità maħtur f’konformità mal-Artikolu 43 u ma’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

(30) 

“modifika sostanzjali” tfisser bidla fil-prodott b’elementi diġitali wara l-introduzzjoni tiegħu fis-suq, li taffettwa l-konformità tal-prodott b’elementi diġitali mar-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fil-Parti I tal-Anness I jew li tirriżulta f’modifika għall-iskop maħsub li għalih ikun ġie vvalutat il-prodott b’elementi diġitali;

(31) 

“markatura CE” tfisser markatura li permezz tagħha manifattur jindika li prodott b’elementi diġitali u l-proċessi stabbiliti mill-manifattur huma konformi mar-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness I u ma’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli oħra dwar l-armonizzazzjoni li tipprevedi t-twaħħil tal-markatura;

(32) 

“leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni” tfisser il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni elenkata fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1020 u kull leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tarmonizza l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti li għalihom japplika dak ir-Regolament;

(33) 

“awtorità tas-sorveljanza tas-suq” tfisser awtorità tas-sorveljanza tas-suq kif definita fl-Artikolu 3, il-punt 4, tar-Regolament (UE) 2019/1020;

(34) 

“standard internazzjonali” tfisser standard internazzjonali kif definita fl-Artikolu 2, il-punt 1(a), tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(35) 

“standard Ewropew” tfisser standard Ewropew kif definita fl-Artikolu 2, il-punt 1(b) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(36) 

“standard armonizzat” tfisser standard armonizzat kif definita fl-Artikolu 2, il-punt 1(c) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(37) 

“riskju għaċ-ċibersigurtà” tfisser il-potenzjal ta’ telf jew tfixkil ikkawżat minn inċident u għandu jiġi espress bħala kombinament tad-daqs ta’ tali telf jew tfixkil u l-probabbiltà li jseħħ l-inċident;

(38) 

“riskju sinifikanti għaċ-ċibersigurtà” tfisser riskju għaċ-ċibersigurtà li, abbażi tal-karatteristiċi tekniċi tiegħu, jista’ jiġi preżunt li għandu probabbiltà għolja ta’ inċident li jista’ jwassal għal impatt negattiv serju, fosthom billi jikkawża telf jew tfixkil materjali jew mhux materjali konsiderevoli;

(39) 

“lista ta’ materjali tas-software” tfisser rekord formali li jkun fih dettalji u relazzjonijiet tal-katina tal-provvista ta’ komponenti inklużi fl-elementi tas-software ta’ prodott b’elementi diġitali;

(40) 

“vulnerabbiltà” tfisser dgħufija, suxxettibbiltà jew difett fi prodotti b’elementi diġitali li jistgħu jiġu sfruttati minn theddida ċibernetika;

(41) 

“vulnerabbiltà sfruttabbli” tfisser vulnerabbiltà li għandha l-potenzjal li tintuża b’mod effettiv minn avversarju f’kundizzjonijiet operattivi prattiċi;

(42) 

“vulnerabbiltà sfruttata b’mod attiv” tfisser vulnerabbiltà li għaliha jkun hemm evidenza affidabbli li attur malizzjuż sfruttaha f’sistema mingħajr permess tas-sid tas-sistema;

(43) 

“inċident” tfisser inċident kif definita fl-Artikolu 6, il-punt 6 tad-Direttiva (UE) 2022/2555;

(44) 

“inċident li jkollu impatt fuq is-sigurtà tal-prodott b’elementi diġitali” tfisser inċident li jaffettwa b’mod negattiv jew ikun kapaċi jaffettwa b’mod negattiv il-kapaċità ta’ prodott b’elementi diġitali li jipproteġi d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità jew il-kunfidenzjalità ta’ data jew funzjonijiet;

(45) 

“kważi inċident” tfisser kważi inċident kif definita fl-Artikolu 6, il-punt 5, tad-Direttiva (UE) 2022/2555;

(46) 

“theddida ċibernetika” tfisser theddida ċibernetika kif definita fl-Artikolu 2, il-punt 8, tar-Regolament (UE) 2019/881;

(47) 

“data personali” tfisser data personali kif definita fl-Artikolu 4, il-punt 1, tar-Regolament (UE) 2016/679.

(48) 

“software liberu u b’sors miftuħ” tfisser software li l-kodiċi tas-sors tiegħu huwa kondiviż b’mod miftuħ u li huwa magħmul disponibbli taħt liċenzja libera u b’sors miftuħ li tagħti d-drittijiet kollha li jagħmluh liberament aċċessibbli, li jista’ jintuża, modifikabbli u ridistribwibbli;

(49) 

“sejħa lura” tfisser sejħa lura kif definita fl-Artikolu 3, il-punt 22, tar-Regolament (UE) 2019/1020;

(50) 

“irtirar” tfisser irtirar kif definita fl-Artikolu 3, il-punt 23, tar-Regolament (UE) 2019/1020;

(51) 

“CSIRT maħtura bħala koordinatur” tfisser CSIRT maħtura bħala koordinatur skont l-Artikolu 12, il-punt 1, tad-Direttiva (UE) 2022/2555.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit