+ANNESS III PRODOTTI IMPORTANTI B’ELEMENTI DIĠITALI

ANNESS III PRODOTTI IMPORTANTI B’ELEMENTI DIĠITALI




ANNESS III

PRODOTTI IMPORTANTI B’ELEMENTI DIĠITALI

Klassi I

1. Sistemi ta’ ġestjoni tal-identità u software u hardware ta’ ġestjoni tal-aċċess privileġġat, inklużi l-qarrejja tal-awtentikazzjoni u tal-kontroll tal-aċċess, inklużi qarrejja bijometriċi

2. Browsers indipendenti u inkorporati

3. Maniġers tal-passwords

4. Software li jfittex għal software malizzjuż, ineħħih, jew jitfgħu fi kwarantina

5. Prodotti b’elementi diġitali bil-funzjoni ta’ network privat virtwali (VPN)

6. Sistemi ta’ ġestjoni tan-network

7. Sistemi ta’ informazzjoni dwar is-sigurtà u ta’ ġestjoni tal-avvenimenti (SIEM)

8. Maniġers tal-ibbutjar

9. Infrastruttura tal-kjavi pubblika u software għall-ħruġ ta’ ċertifikati diġitali

10. Interfaċċi fiżiċi u virtwali tan-network

11. Sistemi operattivi

12. Routers, modems maħsuba għall-konnessjoni mal-Internet, u swiċċijiet

13. Mikroproċessuri b’funzjonalitajiet relatati mas-sigurtà

14. Mikrokontrolluri b’funzjonalitajiet relatati mas-sigurtà

15. Ċirkwiti integrati speċifiċi għall-applikazzjoni (ASIC) u matriċi ta’ gates programmabbli mill-utent (FPGA) b’funzjonalitajiet relatati mas-sigurtà

16. Assistenti virtwali intelliġenti bi skop ġenerali għad-dar

17. Prodotti intelliġenti għad-dar b’funzjonalitajiet tas-sigurtà, inklużi serraturi intelliġenti tal-bibien, kameras tas-sigurtà, sistemi ta’ monitoraġġ tat-trabi u sistemi tal-allarm

18. Ġugarelli konnessi mal-Internet koperti mid-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) li għandhom karatteristiċi interattivi soċjali (eż. taħdit jew iffilmjar) jew li għandhom karatteristiċi ta’ trekkjar tal-pożizzjoni

19. Prodotti personali li jintlibsu maħsuba biex jintlibsu jew jitqiegħdu fuq ġisem uman li għandhom skop ta’ monitoraġġ tas-saħħa (bħat-trekkjar) u li għalihom ma japplikax ir-Regolament (UE) 2017/745 jew (UE) 2017/746, jew prodotti personali li jintlibsu li huma maħsuba għall-użu mit-tfal u għat-tfal

Klassi II

1. Iperviżieri u sistemi ta’ runtime tal-kontenituri li jappoġġjaw l-eżekuzzjoni virtwalizzata ta’ sistemi operattivi u ambjenti simili

2. Firewalls, sistemi ta’ detezzjoni tal-intrużjoni u ta’ prevenzjoni

3. Mikroproċessuri reżistenti għat-tbagħbis

4. Mikrokontrolluri reżistenti għat-tbagħbis

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit

Kwistjonijiet marbuta