+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 1 1.
---+Artikolu 1 2.
|
Artikolu 1 Suġġett
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 1.
|
Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli li skonthom l-Istati Membri għandhom jiddistingwu bejn is-sitt kategoriji li ġejjin ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ pagament:
(a)
l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kif iddefiniti fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
), inkluż il-fergħat tagħhom kif iddefiniti fil-punt (17) tal-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament, fejn tali fergħat jinsabu fl-Unjoni, kemm jekk is-sede prinċipali ta’ dawk il-fergħat jinsabu fl-Unjoni jew, f’konformità mal-Artikolu 47 tad-Direttiva 2013/36/UE u mal-liġi nazzjonali, ‘l barra mill-Unjoni;
(b)
l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, kif iddefiniti fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE, inkluż, f’konformità mal-Artikolu 8 ta’ dik id-Direttiva u mal-liġi nazzjonali, fergħat tagħhom, fejn it-tali fergħat jinsabu fl-Unjoni u s-sede uffiċjali tagħhom jinsabu barra l-Unjoni, sakemm is-servizzi ta’ pagament pprovduti minn dawk il-fergħat huma marbuta mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi;
(c)
istituzzjonijiet ta’ kontijiet postali fil-forma giro (post office giro institutions) li huma intitolati skont il-liġi nazzjonali biex jipprovdu servizzi ta’ pagament;
(d)
istituzzjonijiet ta’ pagament;
(e)
il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali meta ma jkunux qed jaġixxu bħala awtorità monetarja jew awtoritajiet pubbliċi oħra;
(f)
l-Istati Membri jew l-awtoritajiet reġjonali jew lokali tagħhom meta ma jkunux qed jaġixxu fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet pubbliċi.
|
|
Artikolu 1 2.
|
Din id-Direttiva tistabbilixxi wkoll regoli li jikkonċernaw:
(a)
it-trasparenza tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ informazzjoni għas-servizzi ta’ pagament; u
(b)
id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament u tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, b’rabta mal-għoti ta’ servizzi ta’ pagament bħala xogħol regolari jew attività ta’ negozju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|