+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 2 3.
---+Artikolu 2 4.
---+Artikolu 2 5.

Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1.
Din id-Direttiva tapplika għal servizzi ta’ pagament ipprovduti fl-Unjoni.
Artikolu 2 2.
It-Titoli III u IV japplikaw għal tranżazzjonijiet ta’ pagament fil-munita ta’ Stat Membru fejn kemm il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur kif ukoll l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju, jew il-fornitur uniku ta’ servizzi ta’ pagament fit-tranżazzjoni ta’ pagament, jinsabu fl-Unjoni.
Artikolu 2 3.
It-Titolu III, ħlief għall-punt (b) tal-Artikolu 45(1), il-punt (2)(e) tal-Artikolu 52 u l-punt (a) tal-Artikolu 56, u t-Titolu IV, ħlief għall-Artikoli 81 sa 86, japplikaw għal tranżazzjonijiet ta’ pagament f’munita li mhijiex il-munita ta’ Stat Membru fejn kemm il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur kif ukoll il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju, jew il-fornitur uniku ta’ servizzi ta’ pagament fit-tranżazzjoni ta’ pagament, jinsabu fl-Unjoni, fir-rigward ta’ dawk il-partijiet tat-tranżazzjoni ta’ pagamenti li jitwettqu fl-Unjoni.
Artikolu 2 4.
It-Titolu III, ħlief għall-punt (b) tal-Artikolu 45(1), il-punt (2)(e) tal-Artikolu 52, il-punt (5)(g) tal-Artikolu 52 u l-punt (a) tal-Artikolu 56, u t-Titolu IV, ħlief għall-Artikolu 62(2) u (4), l-Artikoli 76, 77, 81, 83(1), 89 u 92 japplikaw għal tranżazzjonijiet ta’ pagament fil-muniti kollha meta wieħed biss mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament ikun jinsab fl-Unjoni, fir-rigward ta’ dawk il-partijiet tat-tranżazzjoni ta’ pagamenti li jitwettqu fl-Unjoni.
Artikolu 2 5.
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw istituzzjonijiet msemmija fil-punti (4) sa (23) tal-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva jew ta’ xi wħud minnhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit