|
+Artikolu 23 1. |
Artikolu 23 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontrolli li jeżerċitaw l-awtoritajiet kompetenti biex jikkontrollaw il-konformità kontinwa ma’ dan it-Titolu jkunu proporzjonati, adegwati u responsivi għar-riskji li għalihom ikunu esposti l-istituzzjonijiet ta’ pagament. Biex tkun ikkontrollata l-konformità ma’ dan it-Titolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, b’mod partikolari, ikunu intitolati jieħdu l-passi li ġejjin:
(a)
jesiġu li l-istituzzjoni ta’ pagament tipprovdi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex tkun monitorjata l-konformità filwaqt li tispeċifika l-iskop tat-talba, kif adatt, u l-limitu taż-żmien sa meta għandha tingħata l-informazzjoni;
(b)
iwettqu spezzjonijiet fil-post tal-istituzzjoni ta’ pagament, ta’ kwalunkwe aġent jew fergħa li tforni servizzi ta’ pagament taħt ir-responsabbiltà tal-istituzzjoni ta’ pagament, jew ta’ kwalunkwe entità li lilha jiġu esternalizzati l-attivitajiet;
(c)
joħorġu rakkomandazzjonijiet, linji gwida u, jekk applikabbli, dispożizzjonijiet amministrattivi vinkolanti;
(d)
jissospendu jew jirtiraw awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 13. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|