|
+Artikolu 28 2. |
Artikolu 28 2.Fi żmien xahar minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jibagħtuha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti. Fi żmien xahar minn meta jirċievi l-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jivvalutaw dik l-informazzjoni u jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju l-informazzjoni rilevanti b’rabta mal-forniment maħsub ta’ servizzi ta’ pagament mill-istituzzjoni ta’ pagament rilevanti fl-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment jew il-libertà tal-forniment ta’ servizzi. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju partikolarment bi kwalunkwe bażi raġonevoli ta’ tħassib, b’rabta mal-intenzjoni ta’ ingaġġ ta’ aġent jew istabbiliment fir-rigward ta’ ħasil ta’ flus jew finanzjament ta’ terroriżmu skont it-tifsira tad-Direttiva(UE) 2015/849. Fejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju ma jsegwux l-evalwazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, huma għandhom jipprovdu lil dawn tal-aħħar ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħhom. Jekk l-evalwazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, partikolarment fid-dawl tal-informazzjoni riċevuta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, ma tkunx favorevoli, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandha tirrifjuta li tirreġistra l-aġent jew il-fergħa jew għandha tirrevoka r-reġistrazzjoni, jekk din tkun diġà saret. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|