|
+Artikolu 52 Informazzjoni u kundizzjonijiet |
Artikolu 52 Informazzjoni u kundizzjonijietArtikolu 52 Informazzjoni u kundizzjonijiet L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet li ġejjin jingħataw lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament:
(1)
dwar il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament:
(a)
l-isem tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, l-indirizz ġeografiku tal-uffiċċju prinċipali tiegħu u, meta applikabbli, l-indirizz ġeografiku tal-aġent jew tal-fergħa tiegħu stabbilita fl-Istat Membru fejn is-servizz ta’ pagament jiġi offrut, u kwalunkwe indirizz ieħor, inkluż l-indirizz tal-posta elettronika, rilevanti għal komunikazzjoni mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament;
(b)
id-dettalji tal-awtoritajiet superviżorji rilevanti u tar-reġistru li jipprevedi l-Artikolu 14 jew ta’ kwalunkwe reġistru pubbliku rilevanti ieħor ta’ awtorizzazzjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u n-numru ta’ reġistrazzjoni jew il-mezzi ekwivalenti ta’ identifikazzjoni f’dak ir-reġistru;
(2)
dwar l-użu tas-servizz ta’ pagament:
(а)
deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tas-servizz ta’ pagament li jkun ser jingħata;
(b)
speċifikazzjoni tal-informazzjoni jew tal-identifikatur uniku li għandha tingħata mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament sabiex ordni ta’ pagament tinbeda jew titwettaq b’mod xieraq;
(c)
il-forma ta’ u l-proċedura biex jingħata l-kunsens biex tinbeda ordni ta’ pagament jew titwettaq tranżazzjoni ta’ pagament u rtirar ta’ tali kunsens skont l-Artikoli 64 u 80;
(d)
referenza għall-mument ta’ riċevuta ta’ ordni ta’ pagament skont l-Artikolu 78 u ż-żmien limitu, jekk jeżisti, stabbilit mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament;
(e)
iż-żmien massimu għall-esekuzzjoni tas-servizzi ta’ pagament;
(f)
jekk hemmx possibbiltà ta’ ftehim dwar limiti ta’ nfiq għall-użu tal-istrument ta’ pagament skont l-Artikolu 68(1);
(g)
fil-każ ta’ strumenti ta’ pagament b’kard li jkunu co-badged, id-drittijiet tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/751.
(3)
dwar imposti, rati tal-imgħax u rati tal-kambju:
(a)
l-imposti kollha li għandhom jitħallsu mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament inklużi dawk marbutin mal-mod u l-frekwenza li bihom tingħata jew issir disponibbli l-informazzjoni skont din id-Direttiva, u, meta applikabbli, l-analiżi dettaljata tal-ammonti ta’ tali imposti;
(b)
meta applikabbli, ir-rati tal-imgħax u r-rati tal-kambju li għandhom jiġu applikati jew, jekk jintużaw ir-rati tal-imgħax u tal-kambju ta’ referenza, il-metodu ta’ kalkolu tal-imgħax attwali u d-data jew l-indiċi rilevanti jew il-bażi għad-determinazzjoni ta’ tali rata tal-imgħax jew tal-kambju ta’ referenza;
(c)
jekk ikun hemm qbil, l-applikazzjoni immedjata ta’ tibdil fir-rata ta’ imgħax jew ta’ kambju u r-rekwiżiti ta’ informazzjoni relatata ma’ tibdil skont l-Artikolu 54(2);
(4)
dwar il-komunikazzjoni:
(a)
meta applikabbli, il-mezzi ta’ komunikazzjoni, inkluż rekwiżiti tekniċi għat-tagħmir u software tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament, maqbula mill-partijiet għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni jew notifiki skont din id-Direttiva;
(b)
il-mod, u l-frekwenza li bihom, tingħata jew issir disponibbli l-informazzjoni skont din id-Direttiva;
(c)
il-lingwa jew lingwi li biha/bihom ser jiġi konkluż il-kuntratt qafas u l-komunikazzjoni involuta matul din ir-relazzjoni kuntrattwali;
(d)
id-dritt tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament li jirċievi t-termini kuntrattwali tal-kuntratt qafas u informazzjoni u kundizzjonijiet skont l-Artikolu 53;
(5)
dwar salvagwardji u miżuri korrettivi:
(a)
meta applikabbli, deskrizzjoni tal-passi li l-utent ta’ servizzi ta’ pagament għandu jieħu sabiex iżomm sikur strument ta’ pagament u dwar kif jinnotifika lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 69(1);
(b)
il-proċedura sikura għan-notifika tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament fl-eventwalità ta’ frodi jew theddid għas-sigurtà kemm jekk suspettat kif ukoll jekk veru;
(c)
jekk ikun hemm qbil, il-kundizzjonijiet li bihom il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jirriżerva d-dritt li jimblokka strument ta’ pagament skont l-Artikolu 68;
(d)
ir-responsabbiltà tal-pagatur skont l-Artikolu 74, inkluża informazzjoni dwar l-ammont rilevanti;
(e)
kif u f’liema perijodu ta’ żmien l-utent ta’ servizzi ta’ pagament għandu jinnotifika lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament bi kwalunkwe tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata jew mibdija jew esegwita b’mod inkorrett skont l-Artikolu 71 kif ukoll ir-responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għal tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux awtorizzati skont l-Artikolu 73;
(f)
ir-responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għall-bidu jew l-esekuzzjoni tat- ►C1 tranżazzjonijiet ta' pagament skont l-Artikoli 89 u 90; ◄
(g)
il-kundizzjonijiet għar-rimborż skont l-Artikoli 76 u 77;
(6)
dwar it-tibdil, u t-terminazzjoni tal-kuntratt qafas:
(a)
jekk ikun hemm qbil, informazzjoni li l-utent ta’ servizzi ta’ pagament għandu jitqies li jkun aċċetta bidliet fil-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 54 sakemm l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jinnotifikax lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament qabel id-data proposta tad-dħul tagħhom fis-seħħ li mhumiex aċċettati;
(b)
it-tul ta’ żmien tal-kuntratt qafas;
(c)
id-dritt tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament biex jittermina l-kuntratt qafas u kwalunkwe ftehim relatat mat-terminazzjoni skont l-Artikoli 54(1) u l-Artikolu 55;
(7)
dwar rimedju:
(a)
kwalunkwe klawżola kuntrattwali dwar il-liġi applikabbli għall-kuntratt qafas u/jew il-qrati kompetenti;
(b)
il-proċeduri tal-ADR disponibbli għall-utent ta’ servizzi ta’ pagament skont l-Artikoli 99 sa 102. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|