+Artikolu 70 Obbligi tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament fir-rigward ta’ strumenti ta’ pagament
---+Artikolu 70 1.
---+Artikolu 70 2.
|
Artikolu 70 Obbligi tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament fir-rigward ta’ strumenti ta’ pagament
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 70 1.
|
Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jkun qed joħroġ strument ta’ pagament għandu:
(a)
jiżgura li l-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà ma jkunux aċċessibbli minn partijiet oħra għajr l-utent ta’ servizzi ta’ pagament li jkun intitolat juża l-istrument ta’ pagament, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament stabbiliti fl-Artikolu 69;
(b)
joqgħod lura milli jibgħat strument ta’ pagament mhux mitlub, għajr meta strument ta’ pagament li diġà jkun ingħata lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikollu jiġi sostitwit;
(c)
jiżgura li l-mezzi xierqa jkunu disponibbli l-ħin kollu biex jippermettu li l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikun jista’ jinnotifika skont il-punt (b) tal-Artikolu 69(1) jew li jitlob żblokkar tal-istrument ta’ pagament skont l-Artikolu 68(4); fuq talba, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jipprovdi lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament il-mezzi biex jagħti prova, għal 18-il xahar min-notifika, li l-utent tas-servizz tal-pagament għamel tali notifika;
(d)
jipprovdi lill-utent tas-servizzi ta’ pagament b’għażla li jagħmel notifika skont il-punt (b) tal-Artikolu 69(1) mingħajr ħlas u li jista’ jimponi, jekk ikun il-każ, biss l-ispejjeż tas-sostituzzjoni li jkunu direttament attribwiti għall-istrument ta’ pagament;
(e)
jipprevjeni kull użu tal-istrument ta’ pagament ladarba tkun saret in-notifika skont il-punt (b) tal-Artikolu 69(1).
|
|
Artikolu 70 2.
|
Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jġorr ir-riskju li jibgħat strument ta’ pagament jew kwalunkwe kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà lill-utent tas-servizzi ta’ pagament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|