+Artikolu 73 Responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għal tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux awtorizzati
---+Artikolu 73 1.
---+Artikolu 73 2.
---+Artikolu 73 3.

Artikolu 73 Responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għal tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux awtorizzati

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 73 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 71, fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur iħallas lura lill-pagatur l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata minnufih, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tmiem il-jum ta’ negozju li jmiss, wara li jkun ħa nota jew ġie notifikat tat-tranżazzjoni, minbarra meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ikollu raġunijiet raġonevoli biex jissuspetta frodi u jikkomunika dawk ir-raġunijiet bil-miktub lill-awtorità nazzjonali rilevanti. Fejn applikabbli, il-fornitur ta’ servizz ta’ pagament tal-pagatur għandu jerġa’ jġib il-kont ta’ pagament iddebitat għall-istat li fih kien ikun li kieku ma seħħitx it-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata. Dan għandu jiżgura wkoll li d-data ta’ valur tal-kreditu għall-kont ta’ pagament tal-pagatur ma għandhiex tkun aktar tard mid-data li fiha l-ammont kien ġie debitat.
Artikolu 73 2.
Meta t-tranżazzjoni ta’ pagament tinbeda permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu jħallas lura minnufih, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tmiem il-jum ta’ negozju li jmiss l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata u, meta applikabbli, ireġġa’ lura l-kont ta’ pagament iddebitat għall-istat li fih dan kien ikun li kieku t-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata ma seħħitx.

Jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament ikun responsabbli għat-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata, huwa għandu jikkumpensa minnufih lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont, fuq talba tiegħu, għat-telf li dan ġarrab jew ammont li ħallas bħala riżultat tar-rimborż lill-pagatur, inkluż l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata. F’konformità mal-Artikolu 72(1), il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għandu jġorr il-piż li jagħti prova li fl-isfera tal-kompetenza tiegħu, it-tranżazzjoni ta’ pagament tkun ġiet awtentikata, irreġistrata b’mod preċiż u ma tkunx ġiet affettwata minn problema teknika jew defiċjenza oħra marbuta mas-servizz ta’ pagament li huwa tiegħu huwa inkarigat.

Artikolu 73 3.
Jista’ jiġi stabbilit kumpens finanzjarju ulterjuri skont il-liġi applikabbli għall-kuntratt konkluż bejn il-pagatur u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew il-kuntratt konkluż bejn il-pagatur u l-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jekk applikabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit