Artikolu 85
Flus imqiegħda f’kont ta’ pagament
Meta konsumatur iqiegħed flus kontanti f’kont ta’ pagament ma’ dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament fil-valuta ta’ dak il-kont ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jiżgura li l-ammont ikun disponibbli u jkun mogħti data ta’ valur immedjatament wara r-riċevuta tal-fondi. Meta l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunx konsumatur, l-ammont għandu jkun disponibbli u jkun mogħti data ta’ valur sa mhux aktar tard mill-jum ta’ negozju segwenti wara riċevuta tal-fondi.