+Artikolu 88 Identifikaturi uniċi skorretti
---+Artikolu 88 1.
---+Artikolu 88 2.
---+Artikolu 88 3.
---+Artikolu 88 4.
---+Artikolu 88 5.
|
Artikolu 88 Identifikaturi uniċi skorretti
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 88 1.
|
Jekk ordni ta’ pagament tkun imwettqa skont l-identifikatur uniku, l-ordni ta’ pagament għandha titqies li twettqet b’mod korrett fir-rigward tal-benefiċjarju speċifikat mill-identifikatur uniku.
|
|
Artikolu 88 2.
|
Jekk l-identifikatur uniku pprovdut mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunx korrett, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma għandux ikun responsabbli skont l-Artikolu 89 għan-nuqqas ta’ esekuzzjoni jew għal esekuzzjoni difettuża tat-tranżazzjoni ta’ pagament.
|
|
Artikolu 88 3.
|
Madankollu, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jagħmel sforzi raġonevoli biex jirkupra l-fondi involuti fit-tranżazzjoni ta’ pagament. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jikkoopera f’dawn l-isforzi wkoll billi jikkomunika lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur l-informazzjoni rilevanti kollha għall-ġbir ta’ fondi. Fil-każ illi l-ġbir ta’ fondi skont l-ewwel subparagrafu preċedenti ma jkunx possibbli, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jagħti lill-pagatur, fuq talba bil-miktub, l-informazzjoni kollha disponibbli għall-fornitur tas-servizz ta’ pagament tal-pagatur u li tkun rilevanti għall-pagatur biex il-pagatur jagħmel talba legali biex jirkupra l-fondi.
|
|
Artikolu 88 4.
|
Jekk miftiehem fil-kuntratt qafas, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jitlob ħlas għall-irkupru mill-utent tas-servizzi ta’ pagament.
|
|
Artikolu 88 5.
|
Jekk l-utent tas-servizzi ta’ pagament jipprovdi informazzjoni addizzjonali ma’ dik speċifikata fil-punt (a) tal-Artikolu 45(1) jew fil-punt (2)(b) tal-Artikolu 52, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jkun responsabbli biss għall-esekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament skont l-identifikatur uniku provdut mill-utent tas-servizzi ta’ pagament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|