+Artikolu 89 Responsabbiltà tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għal nuqqas ta’ esekuzzjoni, esekuzzjoni difettuża jew tardiva ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament
---+Artikolu 89 1.
---+Artikolu 89 2.
---+Artikolu 89 3.
|
Artikolu 89 Responsabbiltà tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għal nuqqas ta’ esekuzzjoni, esekuzzjoni difettuża jew tardiva ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 89 1.
|
Meta ordni ta’ pagament tinbeda direttament mill-pagatur, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur, għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 71, l-Artikolu 88(2) u (3) u l-Artikolu 93, ikun responsabbli lejn il-pagatur għall-esekuzzjoni korretta tat-tranżazzjoni ta’ pagament, sakemm ikun jista’ jagħti prova lill-pagatur u, meta rilevanti, lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju rċieva l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament skont l-Artikolu 83(1). F’dak il-każ, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jkun responsabbli lejn il-benefiċjarju għall-esekuzzjoni korretta tat-tranżazzjoni ta’ pagament. Fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ikun responsabbli taħt l-ewwel subparagrafu, hu għandu mingħajr dewmien bla bżonn iħallas lura lill-pagatur l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagamnt mhux esegwita jew difettuża u, fejn applikabbli, ireġġa’ lura l-kont ta’ pagament iddebitat għall-istat li fih kien ikun li kieku t-tranżazzjoni ta’ pagament difettuża ma saritx. Id-data tal-valur tal-kreditu għall-kont ta’ pagament tal-pagatur ma għandhiex tkun aktar tard mid-data li fiha l-ammont kien iddebitat. Fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jkun responsabbli skont l-ewwel subparagrafu, hu għandu minnufih iqiegħed l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju u, fejn applikabbli, jikkredita l-ammont korrispondenti fil-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju. Id-data ta’ valur tal-kreditu għall-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju ma għandhiex tkun mhux aktar tard mid-data li fiha l-ammont kellu jingħata data ta’ valur li kieku t-tranżazzjoni tkun saret korrettament skont l-Artikolu 87. Fejn tranżazzjoni ta’ pagament tiġi esegwita tard, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jiżgura, fuq it-talba tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur li jkun qed jaġixxi f’isem il-pagatur, li d-data ta’ valur tal-kreditu ma tkunx aktar tard mid-data li fiha l-ammont kellu jingħata data ta’ valur li kieku t-tranżazzjoni tkun saret korrettament. Fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’ pagament mhux esegwita jew esegwita b’mod difettuż meta l-ordni ta’ pagament tinbeda mill-pagatur, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur, irrispettivament mir-responsabbiltà skont dan il-paragrafu, meta ssirlu talba, għandu jagħmel sforzi immedjati biex jittraċċa t-tranżazzjoni ta’ pagament u jinnotifika lill-pagatur bl-eżitu. Dan għandu jkun mingħajr ħlas għall-pagatur.
|
|
Artikolu 89 2.
|
Meta ordni ta’ pagament tinbeda minn jew permezz tal-benefiċjarju, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 71, l-Artikolu 88(2) u (3) u l-Artikolu 93, għandu jkun responsabbli lejn il-benefiċjarju għat-trażmissjoni korretta tal-ordni ta’ pagament lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur skont l-Artikolu 83(3). Meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jkun responsabbli skont dan is-subparagrafu, huwa għandu jerġa’ jibgħat immedjatament l-ordni ta’ pagament inkwistjoni lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur. F’każ li l-ordni ta’ pagament tintbagħat tard, l-ammont għandu jingħata data ta’ valur fuq il-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju li tkun mhux aktar tard mid-data li fiha l-ammont kellu jingħata data ta’ valur li kieku t-tranżazzjoni tkun saret korrettament. Barra minn hekk, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 71, l-Artikolu 88(2) u (3), u l-Artikolu 93, ikun responsabbli lejn il-benefiċjarju għall-ġestjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament skont l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 87. Meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jkun responsabbli skont dan is-subparagrafu, huwa għandu jiżgura li l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament ikun immedjatament għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju wara li l-ammont ikun ikkreditat lill-kont tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju. L-ammont għandu jingħata data ta’ valur fuq il-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju li ma tkunx aktar tard mid-data li fiha l-ammont kellu jingħata data ta’ valur li kieku t-tranżazzjoni tkun saret korrettament.
►C1
Fil-każ ta' tranżazzjoni ta' pagament li ma tkunx ġiet esegwita jew li tkun ġiet esegwita b'mod difettuż li għaliha l-fornitur ta' servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju mhuwiex responsabbli skont l-ewwel u t-tielet subparagrafu, il-fornitur ta' servizzi ta' pagament tal-pagatur għandu jkun responsabbli lejn il-pagatur. ◄ Meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ikun hekk responsabbli, hu għandu, kif ikun xieraq u mingħajr dewmien żejjed, iħallas lura lill-pagatur l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament mhux esegwita jew difettuża u jreġġa’ lura l-kont ta’ pagament iddebitat għall-istat li fih kien ikun li kieku t-tranżazzjoni ta’ pagament difettuża ma seħħitx. Id-data tal-valur tal-kreditu għall-kont ta’ pagament tal-pagatur ma għandhiex tkun aktar tard mid-data li fiha l-ammont kien ġie ddebitat. L-obbligu taħt ir-raba’ subparagrafu ma għandux japplika għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jagħti prova li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jkun irċieva l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament, anke jekk l-esekuzzjoni tal-pagament hija sempliċiment tard. F’tali każ, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jagħti data ta’ valur lill-ammont fuq il-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju mhux aktar tard mid-data li fiha l-ammont kellu jingħata data ta’ valur li kieku t-tranżazzjoni tkun saret korrettament. Fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’ pagament li ma tkunx ġiet esegwita jew li tkun ġiet esegwita b’mod difettuż meta l-ordni ta’ pagament tinbeda mill-benefiċjarju jew permezz tiegħu, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju, irrispettivament mir-responsabbiltà skont dan il-paragrafu, għandu meta mitlub, jagħmel sforzi immedjati biex jittraċċa t-tranżazzjoni ta’ pagament u jinnotifika lill-benefiċjarju bl-eżitu. Dan għandu jkun mingħajr ħlas għall-benefiċjarju.
|
|
Artikolu 89 3.
|
Barra minn hekk, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom ikunu responsabbli lejn l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament rispettivi tagħhom għal kwalunkwe imposta li għaliha huma responsabbli, u għal kwalunkwe imgħax li għalih ikun soġġett l-utent ta’ servizzi ta’ pagament b’konsegwenza ta’ nuqqas ta’ esekuzzjoni jew esekuzzjoni difettuża, inkluża esekuzzjoni tardiva tat-tranżazzjoni ta’ pagament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|