+Artikolu 96 Rappurtar ta’ inċidenti
---+Artikolu 96 1.
---+Artikolu 96 2.
---+Artikolu 96 3.
---+Artikolu 96 4.
---+Artikolu 96 5.
---+Artikolu 96 6.
---+Artikolu 96 7.
|
Artikolu 96 Rappurtar ta’ inċidenti
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 96 1.
|
F’każ ta’ inċident maġġuri operazzjonali jew ta’ sigurtà, inċidenti, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament. Fejn l-inċident ikollu jew jista’ jkollu impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-utenti tas-servizzi ta’ pagament tiegħu, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu, mingħajr dewmien żejjed, jinforma lill-utenti tas-servizzi ta’ pagament tiegħu bl-inċident u bil-miżuri disponibbli kollha li jistgħu jieħdu biex jittaffew l-effetti negattivi tal-inċident.
|
|
Artikolu 96 2.
|
Malli tkun riċevuta n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta’ domiċilju għandha, mingħajr dewmien bla bżonn, tipprovdi d-dettalji rilevanti dwar l-inċident lill-EBA u lill-BĊE. Dik l-awtorità kompetenti, wara li tivvaluta r-rilevanza tal-inċident għall-awtoritajiet rilevanti ta’ dak l-Istat Membru, għandha tinnotifikahom kif meħtieġ. L-EBA u l-BĊE, f’kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta’ domiċilju, għandhom jivvalutaw ir-rilevanza tal-inċident għal awtoritajiet tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti oħrajn u għandhom jinnotifikawhom kif meħtieġ. Il-BĊE għandu jinnotifika lill-membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali dwar kwistjonijiet rilevanti għas-sistema ta’ pagament. Fuq il-bażi ta’ dik in-notifika, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fejn xieraq, jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex titħares is-sikurezza immedjata tas-sistema finanzjarja.
|
|
Artikolu 96 3.
|
Sat-13 ta’ Jannar 2018 l-EBA għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE u wara li tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inkluż dawk fis-suq tas-servizzi ta’ pagament filwaqt li ssir riflessjoni tal-interessi kollha involuti, toħroġ linji gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 indirizzati lil kull wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, dwar il-klassifikazzjoni ta’ inċidenti maġġuri msemmija fil-paragrafu 1, u dwar il-kontenut, il-format, inklużi mudelli standard ta’ notifiki, u l-proċeduri biex jiġu nnotifikati inċidenti bħal dawn; u
(b)
l-awtoritajiet kompetenti, fuq il-kriterji dwar kif tiġi vvalutata r-rilevanza tal-inċident u d-dettalji tar-rapporti tal-inċident li għandhom jiġu kondiviżi ma’ awtoritajiet domestiċi oħrajn.
|
|
Artikolu 96 4.
|
L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, għandha tirrevedi l-linji gwida msemmija fil-paragrafu 3 regolarment u fi kwalunkwe każ mill-inqas darba kull sentejn.
|
|
Artikolu 96 5.
|
Meta toħroġ u tirrevedi l-linji gwida msemmija fil-paragrafu 3, l-EBA għandha tieħu kont tal-istandards u/jew tal-ispeċifikazzjonijiet żviluppati u ppubblikati mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-setturi li jwettqu attivitajiet oħra minbarra l-forniment ta’ servizzi ta’ pagament.
|
|
Artikolu 96 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jipprovdu, mill-inqas fuq bażi annwali, data statistika dwar il-frodi marbuta ma’ mezzi differenti ta’ pagament lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu data bħal din f’forma aggregata lill-EBA u l-BĊE.
|
|
Artikolu 96 7.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-paragrafi 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu ma japplikawx:
(a)
għall-fornituri ta' servizzi ta' pagament imsemmija fil-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva;
(b)
għall-fornituri ta' servizzi ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33(1) ta' din id-Direttiva;
(c)
għall-istituzzjonijiet ta' pagament eżentati skont l-Artikolu 32(1) ta' din id-Direttiva; u
(d)
għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li jibbenefikaw minn eżenzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2009/110/KE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|