+Artikolu 101 Riżoluzzjoni ta’ tilwim
---+Artikolu 101 1.
---+Artikolu 101 2.
---+Artikolu 101 3.
---+Artikolu 101 4.
|
Artikolu 101 Riżoluzzjoni ta’ tilwim
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 101 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jistabbilixxu u japplikaw proċeduri għar-riżoluzzjoni tat-tilwim li huma effettivi u adegwati għar-riżoluzzjoni ta’ lmenti mill-utenti tas-servizzi ta’ pagament li jirrigwardaw id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw taħt it-Titoli III u IV ta’ din id-Direttiva u għandhom jissorveljaw il-prestazzjoni tagħhom f’dak ir-rigward. Dawn il-proċeduri għandhom jiġu applikati f’kull Stat Membru fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament joffri s-servizzi ta’ pagament u għandhom ikunu disponibbli f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru rilevanti jew f’lingwa oħra jekk ikun hemm qbil dwar dan bejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u l-utent ta’ servizzi ta’ pagament.
|
|
Artikolu 101 2.
|
L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jagħmlu kull sforz possibbli biex iwieġbu, fuq il-karta jew, jekk ikun hemm qbil dwar dan bejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u l-utent ta’ servizzi ta’ pagament, fuq mezz durevoli ieħor, għall-ilmenti tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament. Tweġiba bħal din għandha tindirizza l-punti kollha mqajma, fi żmien perijodu adegwat u mhux aktar tard minn fi żmien 15-il jum ta’ negozju minn meta jkun ġie riċevut l-ilment. F’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, jekk it-tweġiba ma tistax tingħata fi żmien 15-il jum ta’ negozju għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, huwa jkun obbligat li jibgħat tweġiba proviżorja, li tindika b’mod ċar ir-raġunijiet għad-dewmien fl-għoti tat-tweġiba għall-ilment u tispeċifika l-iskadenza sa meta l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ser jirċievi t-tweġiba finali. Fi kwalunkwe każ, l-iskadenza biex tiġi riċevuta t-tweġiba finali ma għandhiex taqbeż 35 jum ta’ negozju. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu regoli dwar proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim li jkunu aktar vantaġġużi għall-utent ta’ servizzi ta’ pagament minn dik imsemmija fl-ewwel subparagrafu. Meta jagħmlu hekk, dawk ir-regoli għandhom japplikaw.
|
|
Artikolu 101 3.
|
Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jinforma lill-utent tas-servizzi ta’ pagament dwar mill-inqas entità ta’ ADR li hija kompetenti biex tittratta tilwim dwar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw taħt it-Titoli III u IV.
|
|
Artikolu 101 4.
|
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tingħata b’mod ċar, li jinftiehem u faċilment aċċessibbli fuq is-sit tal-Internet tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, jekk din tkun teżisti, fil-fergħa, u fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt bejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u l-utent tas-servizzi ta’ pagament. Din għandha tispeċifika kif tista’ tiġi aċċessata informazzjoni ulterjuri dwar l-entità kkonċernata tal-ADRu dwar il-kundizzjonijiet għall-użu tagħha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|