+Artikolu 105 Eżerċizzju tad-delega
---+Artikolu 105 1.
---+Artikolu 105 2.
---+Artikolu 105 3.
---+Artikolu 105 4.
---+Artikolu 105 5.
|
Artikolu 105 Eżerċizzju tad-delega
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 105 1.
|
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall- kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 105 2.
|
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 104 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mit-12 ta’ Jannar 2016.
|
|
Artikolu 105 3.
|
Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 104 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandu jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
|
|
Artikolu 105 4.
|
Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
|
Artikolu 105 5.
|
L-att delegat adottat skont l-Artikolu 104 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressal-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jagħlaq dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|