+Artikolu 21 Deċiżjonijiet konġunti fil-livell tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-likwidità
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.

Artikolu 21 Deċiżjonijiet konġunti fil-livell tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-likwidità

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21 1.
Mal-applikazzjoni ta’ istituzzjoni prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE jew sottosussidjarja ta' konsolidazzjoni ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta’ istituzzjoni prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE fi Stat Membru għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jaslu għal deċiżjoni konġunta dwar jekk humiex sodisfatti l-kondizzjonijiet fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 8(1) u li tidentifika sottogrupp waħdieni tal-likwidità għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8.

Id-deċiżjoni konġunta għandha tittieħed fi żmien sitt xhur wara s-sottomissjoni mis-superviżur konsolidanti ta’ rapport li jidentifika sottogruppi tal-likwidità waħdanin fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 8. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ftehim matul il-perijodu ta’ sitt xhur, is-superviżur konsolidanti għandu jikkonsulta lill-ABE fuq talba ta’ kwalunkwe awtorità kompetenti oħra konċernata. Is-superviżur konsolidanti jista’ jikkonsulta lill-ABE fuq inizjattiva tiegħu stess.

Id-deċiżjoni konġunta tista’ timponi wkoll limitazzjonijiet fuq il-post u s-sjieda ta’ assi likwidi u tirrikjedi ammonti minimi ta’ assi likwidi biex jinżammu mill- istituzzjonijiet li jkunu eżentati mill-applikazzjoni tal-Parti Sitta.

Id-deċiżjoni konġunta għandha titniżżel f'dokument li jkun fih id-deċiżjoni motivata bis-sħiħ li għandu jiġi ppreżentat lill-istituzzjoni prinċipali tas-sottogrupp tal-likwidità mis-superviżur konsolidanti.

Artikolu 21 2.
Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta fi żmien sitt xhur, kull awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi individwali għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha.

Madankollu, kwalunkwe awtorità kompetenti tista’ matul il-perijodu ta’ sitt xhur tirreferi l-kwistjoni lill-ABE dwar jekk il-kondizzjonijiet fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 8(1) ikunux issodisfati. F’dak il-każ, l-ABE tista' twettaq il-medjazzjoni mhux vinkolanti tagħha skont l-Artikolu 31(c) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u l-awtoritajiet kompetenti kollha involuti għandhom jiddeferixxu d-deċiżjonijiet tagħhom sakemm tispiċċa l-medjazzjoni mhux vinkolanti. Meta, waqt il-medjazzjoni, ma jkun intlaħaq ebda qbil mill-awtoritajiet kompetenti fi żmien tliet xhur, kull awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi individwali għandha tieħu d-deċiżjoni proprja tagħha b'kont meħud tal-proporzjonalità tal-benefiċċji u r-riskji fil-livell tal-Istat Membru tal-istituzzjoni prinċipali u tal-proporzjonalità tal-benefiċċji u r-riskji fil-livell tal-Istat Membru tas-sussidjarja. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi riferuta lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta’ sitt xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

Id-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 1 u d-deċiżjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom ikunu vinkolanti.

Artikolu 21 3.
Kwalunkwe awtorità kompetenti tista’ wkoll matul il-perijodu ta’ sitt xhur tikkonsulta lill-ABE f'każ ta' nuqqas ta' qbil dwar il- kondizzjonijiet fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 8(3). F’dak il-każ, l-ABE tista' twettaq il-medjazzjoni mhux vinkolanti tagħha skont l-Artikolu 31(c) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u l-awtoritajiet kompetenti kollha involuti għandhom jiddeferixxu d-deċiżjonijiet tagħhom sakemm tispiċċa l-medjazzjoni mhux vinkolanti. Meta, waqt il-medjazzjoni, ma jkun intlaħaq l-ebda ftehim mill-awtoritajiet kompetenti fi żmien tliet xhur, kull awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi individwali għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit