|
+Artikolu 26 3. |
Artikolu 26 3.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw jekk il-ħruġ ta' strumenti kapitali jissodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28, jew, fejn applikabbli, l-Artikolu 29. L-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw il-ħruġ tal-istrumenti kapitali bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 biss wara li jingħataw permess mill-awtoritajiet kompetenti. B'deroga mill-ewwel subparagrafu, istituzzjonijiet jistgħu jikklassifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 ħruġ sussegwenti ta' forma ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li għalihom ikunu diġà rċevew din l-awtorizzazzjoni, dment li jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw dak il-ħruġ sussegwenti huma sostanzjalment l-istess bħal dawk id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ħruġ li għalihom l-istituzzjonijiet ikunu diġà rċevew permess;
(b)
l-istituzzjonijiet ikunu nnotifikaw dak il-ħruġ sussegwenti lill-awtoritajiet kompetenti fi żmien biżżejjed qabel il-klassifikazzjoni tiegħu bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lill-ABE qabel ma jingħata permess għal forom ġodda ta' strumenti kapitali sabiex jiġu kklassifikati bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu b'mod dovut l-opinjoni tal-ABE u, meta jiddeċiedu li jiddevjaw minnha, għandhom jiktbu lill-ABE fi żmien tliet xhur mid-data ta' meta jirċievu l-opinjoni tal-ABE billi jispjegaw ir-raġunament għad-devjazzjoni mill-opinjoni rilevanti. Dan is-subparagrafu ma għandux japplika għall-istrumenti kapitali msemmija fl-Artikolu 31. Abbażi ta' informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet kompetenti, l-ABE għandha tistabbilixxi, iżżomm u tippubblika lista tal-forom kollha ta' strumenti kapitali f'kull Stat Membru li jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1. Skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-ABE tista' tiġbor kull informazzjoni b'rabta ma' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li hija tqis meħtieġa biex tistabbilixxi l-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28, jew fejn applikabbli, fl-Artikolu 29 ta' dan ir-Regolament u għall-fini li tinżamm u tiġi aġġornata l-lista msemmija f'dan is-subparagrafu. Wara l-proċess ta' analiżi stabbilit fl-Artikolu 80 u, fejn ikun hemm evidenza sinifikanti li l-istrumenti ta' kapital rilevanti ma jissodisfawx jew waqfu milli jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28 jew, fejn applikabbli, l-Artikolu 29, l-ABE tista' tiddeċiedi li ma żżidx dawk l-istrumenti fil-lista msemmija fir-raba' subparagrafu jew tneħħihom minn dik il-lista, skont il-każ. L-ABE għandha tagħmel notifika f'dak is-sens u għandha tirreferi wkoll għall-pożizzjoni tal-awtorità kompetenti rilevanti dwar il-kwistjoni. Dan is-subparagrafu ma japplikax għall-istrumenti kapitali msemmija fl-Artikolu 31. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|