+Artikolu 39 Pagamenti żejda ta' taxxa, riporti ta' telf fiskali u assi ta' taxxa differita li ma jiddependux fuq il-profitabbiltà futura
---+Artikolu 39 1.
---+Artikolu 39 2.
|
Artikolu 39 Pagamenti żejda ta' taxxa, riporti ta' telf fiskali u assi ta' taxxa differita li ma jiddependux fuq il-profitabbiltà futura
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 39 1.
|
L-elementi li ġejjin m'għandhomx jitnaqqsu mill-fondi proprji u għandhom ikunu soġġetti għal piż tar-riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, kif applikabbli:
(a)
pagamenti eċċessivi ta’ taxxa mill-istituzzjoni għas-sena kurrenti;
(b)
telf wara t-taxxa fis-sena kurrenti tal-istituzzjoni trasferit lura għas-snin preċedenti li jnissel pretensjoni fuq, jew riċevibbli minn, gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali tat-taxxi.
|
|
Artikolu 39 2.
|
►M8
Assi ta' taxxa differita li ma jiddependux fuq il-profittabbiltà futura għandhom ikunu limitati għal assi ta' taxxa differita li nħolqu qabel it-23 ta' Novembru 2016 u li jirriżultaw minn differenzi temporanji, meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin: ◄
(a)
ikunu sostitwiti b'mod awtomatiku u mandatorju mingħajr dewmien bi kreditu ta' taxxa f'każ li l-istituzzjoni tirrapporta telf meta r-rapporti finanzjarji annwali tal-istituzzjoni jkunu formalment approvati, jew f'każ ta' likwidazzjoni jew insolvenza tal-istituzzjoni;
(b)
istituzzjoni għandha tkun tista', skont il-liġi nazzjonali applikabbli tat-taxxa, tikkumpensa għal kreditu ta' taxxa kif imsemmi fil-punt (a) kontra kwalunkwe obbligazzjoni ta' taxxa tal-istituzzjoni jew kwalunkwe impriża oħra inkluża fl-istess konsolidazzjoni bħall-istituzzjoni għal fini ta' taxxa skont dik il-liġi jew kwalunkwe impriża oħra soġġetta għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;
(c)
meta l-ammont ta' krediti ta' taxxa kif imsemmi fil-punt (b) jaqbeż l-obbligazzjonijiet tat-taxxa msemmija f'dak il-punt, kwalunkwe tali eċċess jiġi sostitwit mingħajr dewmien bi pretensjoni diretta lill-gvern ċentrali tal-Istat Membru fejn tkun inkorporata l-istituzzjoni.
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piż tar-riskju ta' 100 % għall-assi ta' taxxa differita fejn huma ssodisfati l-kondizzjonijiet imniżżlin fil-punti (a), (b) u (c).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|