|
+Artikolu 47b 1. |
Artikolu 47b 1.Miżura ta' tolleranza hija konċessjoni minn istituzzjoni lejn debitur li jkun qed jesperjenza jew probabbilment ser jesperjenza diffikultajiet biex jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu. Konċessjoni tista' tinvolvi telf għas-sellief u għandha tirreferi għal xi waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:
(a)
modifika tat-termini u l-kondizzjonijiet ta' obbligu ta' dejn, fejn tali modifika ma kinitx tingħata li kieku d-debitur ma esperjenzax diffikultajiet biex jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu;
(b)
rifinanzjament totali jew parzjali ta' obbligu tad-dejn, fejn tali rifinanzjament ma kienx jingħata li kieku d-debitur ma esperjenzax diffikultajiet biex jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|