|
+Artikolu 104b 2. |
Artikolu 104b 2.Il-postijiet tan-negozjar tal-istituzzjonijiet għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a)
kull post tan-negozjar għandu jkollu strateġija tan-negozjar u struttura tal-ġestjoni tar-riskju ċara u distintiva li hija adegwata għall-istrateġija tan-negozjar tiegħu;
(b)
kull post tan-negozjar għandu jkollu struttura organizzattiva ċara; pożizzjonijiet f'post tan-negozjar partikolari għandhom jiġu ġestiti minn negozjanti deżjinati fi ħdan l-istituzzjoni; kull negozjant għandu jkollu funzjonijiet dedikati fil-post tan-negozjar; kull negozjant għandu jiġi assenjat għal post tan-negozjar wieħed biss;
(c)
għandhom jiġu stabbiliti limiti tal-pożizzjoni f'kull post tan-negozjar skont l-istrateġija tan-negozjar ta' dak il-post tan-negozjar;
(d)
tal-inqas darba f'ġimgħa, għandhom jiġu prodotti rapporti dwar l-attivitajiet, il-profittabbiltà, il-ġestjoni tar-riskju u r-rekwiżiti regolatorji fil-livell tal-post tan-negozjar, li għandhom jintbagħtu lill-korp maniġerjali fuq bażi regolari;
(e)
kull post tan-negozjar għandu jkollu pjan ta' direzzjoni tan-negozju annwali ċar li jinkludi politika ta' remunerazzjoni definita sew abbażi ta' kriterji sodi wżati għall-kejl tal-prestazzjoni;
(f)
rapporti dwar pożizzjonijiet li jimmaturaw, ksur ta' limiti tan-negozjar fl-istess jum, ksur ta' limiti tan-negozjar ta' kuljum u azzjonijiet meħuda mill-istituzzjoni biex tindirizza dak il-ksur, kif ukoll il-valutazzjonijiet tal-likwidità tas-suq għandhom ikunu ppreparati għal kull post tan-negozjar fuq bażi ta' kull xahar u jkunu disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|