+Artikolu 106 5b.

Artikolu 106 5b.

Ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għall-post tan-negozjar imsemmi fil-paragrafu 5, il-punt (b), ta' dan l-Artikolu:

(a) 

dan il-post tan-negozjar jista' jikkonkludi pożizzjonijiet oħrajn tar-riskju tar-rata tal-imgħax ma' partijiet terzi jew ma' postijiet tan-negozjar oħrajn tal-istituzzjoni, dment li dawn il-pożizzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-inklużjoni fil-portafoll tan-negozjar imsemmi fl-Artikolu 104 u dawk il-postijiet tan-negozjar l-oħrajn jikkumpensaw perfettament għar-riskju tas-suq ta' dawn il-pożizzjonijiet tar-riskju tar-rata tal-imgħax oħrajn billi jikkonkludu pożizzjonijiet tar-riskju tar-rata tal-imgħax opposti ma' partijiet terzi;

(b) 

l-ebda pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar għajr dawk imsemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu ma tiġi assenjata lil dak il-post tan-negozjar;

(c) 

b'deroga mill-Artikolu 104b, dak il-post tan-negozjar ma għandux ikun soġġett għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dak l-Artikolu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit