+Artikolu 115 1.

Artikolu 115 1.

L-iskoperturi għall-gvernijiet reġjonali jew għall-awtoritajiet lokali li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju f'konformità mal-iskala ta' kwalità kreditizja li għaliha jkunu assenjati l-iskoperturi għall-gvern ċentrali tal-ġuriżdizzjoni fejn ikunu inkorporati l-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali f'konformità mat-Tabella 2.



Tabella 2

Skala tal-kwalità kreditizja

1

2

3

4

5

6

Piż tar-riskju

20 %

50 %

100 %

100 %

100 %

150 %

Għall-iskoperturi msemmija fl-ewwel subparagrafu, għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 100 % meta l-gvern ċentrali tal-ġuriżdizzjoni li fiha jkunu inkorporati gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali ma jkunx ikklassifikat.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit